Il-Bolla Appostolika mibgħuta mis-Santa Sede

FRANĠISKU, ISQOF QADDEJ TAL-QADDEJJA TA’ ALLA lill-maħbub iben tagħna
JOSEPH GALEA-CURMI, saċerdot mill-kleru tal-Arċidjoċesi Metropolitana ta’ Malta u s’issa Vigarju Ġenerali, maħtur Awżiljarju tal-istess Arċidjoċesi u fl-istess waqt Isqof titulari ta’ Cebarades, saħħa u Barka Appostolika.
Continue reading “Il-Bolla Appostolika mibgħuta mis-Santa Sede”

Tagħrif dwar il-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea Curmi

L-Ordinant Prinċipali
L-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

Isqfijiet Preżenti
L-E.T. Mons. Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta
L-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu ta’ Malta, Isqof Koordinant
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, Isqof Koordinant
L-E.T. Mons. Paul Darmanin, O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa, il-Kenja Continue reading “Tagħrif dwar il-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Joseph Galea Curmi”

L-Evanġelju tas-Sibt 4 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 14, 1-12

Jingħad li l-għawi ħu l-ġenn. Jista’ faċilment jidher li dawn it-tlieta minn nies ma kienx moħħhom f’siktu dakinar ta’ għeluq snin Erodi (tetrarka għax kien sultan minn erbgħa), u kif ngħidu wkoll, id-dnub ma jorqodx, minħabba f’hekk weħel ma’ rashom Ġwanni l-Battista, li, minħabba f’hekk, spiċċa bla ras hu. Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 4 t’Awwissu 2018”