Ħadd m’għandu jinqeda bil-Kurċifiss għall-politika


Konsulent ewlieni tal-Papa Franġisku kkritika bil-qawwa abbozz ta’ liġi li qed ikun ippreżentat mil-Lega Nord fl-Italja, li jobbliga lill-istituzzjonijiet pubbliċi kollha fl-Italja jpoġġu Kurċifiss f’post fejn jidher.

spadaro.png
Fr Antonio Spadaro SJ

Fr Antonio Spadaro, Ġiżwita, qal li “s-simboli reliġjużi mhux arma ta’ xi tim li toqgħod turihom għal skopijiet politiċi. Jekk il-Kurċifiss tneħħilu s-simboliżmu reliġjuż… isir parodija”. Spadaro hu wkoll l-editur tar-rivista Civiltà Cattolica.

Barra dan il-kumment li għamel f’konferenza f’Ruma l-ġimgħa li għaddiet, Spadoro għamel ukoll tweetiebsa li fiha kiteb: “Hands Off! Il-Kurċifiss iħobb anke lill-għadu u jilqa’ lil kulħadd bla ebda kundizzjoni”. Il-kumment ta’ Spadaro kien kritika ċara għal-linja iebsa tal-Gvern populista Taljan dwar l-immigrazzjoni fejn il-Ministru għall-Intern Salvini, Kap tal-Lega Nord, mhux qed iħalli vapuri li jsalvaw l-immigranti jidħlu f’portijiet Taljani.

Il-liġi proposta tgħid li fil-postijiet kollha inkluż il-portijiet u l-universitajiet għandu jitpoġġa Kurċifiss f’post li jidher. Min jikser il-liġi jista’ jeħel multa.

Għalkemm xi liġijiet Taljani diġà jgħidu li għandu jkun hemm Kurċifiss fl-iskejjel, mhux kull skola tagħmel dan.  Din il-kwistjoni kienet tressqet ukoll quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fl-2011 kienet iddeċidiet favur li jkun hemm Kurċifissi fl-iskejjel.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.