Id-Djoċesi t’Għawdex, permezz tal-Għaqdiet Kattoliċi ser terġa torganizza l-Manifestazzjoni Marjana nhar it-Tlieta 21 ta’ Awwissu 2018 f’Marsalforn. L-iskop hu li tingħata qima lill-Madonna u tintwera l-importanza li jinżamm ambjent moralment nadif.

Fis-7.00pm. il-pubbliku għandu jinġabar fit-Triq il-Wied, Marsalforn u jsib post bilqegħda fuq is-siġġijiet li jkun hemm apposta għal kulħadd. L-ewwel ikun hemm Rużarju meditat u animat bil-kant u dritt wara l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex imexxi Konċelebrazzjoni u jagħti l-messaġġ tal-okkażjoni.