Katekeżi tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali
L-Erbgħa 8 ta’ Ottubru 2018: Fl-Udjenza Ġenerali ta’ dalgħodu, il-Papa Franġisku kompla jitkellem dwar l-idolotrija, tema li huwa diġà beda jitratta ġimgħa ilu. Fil-katekeżi tiegħu tal-lum il-Papa ddeskriva d-deżert bħala post fejn isaltnu l-prekarjetà u n-nuqqas ta’ sigurtà u fejn allura sseħħ xi ħaġa li twassal għall-idolatrija. Semma l-għoġol tad-deheb li l-Lhud qiemu wara l-eżodu tagħhom mill-Eġittu u qal li qabelxejn hu hu simbolu ta’ għana, suċċess, poter u flus. Tara xi ħaġa li tiġbdek u tersaq lejha. Dak il-faxxinu tas-serp, li jħares lejn l-għasfur u l-għasfur jibqa’ hemm bla ma jista’ jiċċaqlaq sakemm is-serp jaħtfu. Ara l-katekeżi kollha bil-Malti flimkien ma’ filmat fuq il-Laikos … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Udjenza_08082018.htm