“Neħtieġu lil Kristu” – Ittra Pastorali ta’ Santa Marija 2018

Is-Sibt, 11 t’Awwissu 2018: “Neħtieġu lil Kristu” – Ittra Pastorali tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ Marija Mtellgħa s-Sema 2018.

Continue reading ““Neħtieġu lil Kristu” – Ittra Pastorali ta’ Santa Marija 2018″

Fl-Arġentina ma tgħaddix liġi favur l-abort volontarju

Is-Sibt 11 ta’ Awwissu 2018: Fl-Arġentina folol kbar ta’ nies infexxew f’ferħ kbir fit-toroq ewlenin hekk kif ħarġet l-aħbar li s-senaturi Arġentini irrifjutaw abbozz ta’ liġi li kienet se tillegalizza l-abort wara dibattitu li dam sal-Ħamis kmieni filgħodu, deċiżjoni li marret kontra l-moviment ta’ appoġġ minn gruppi differenti ta’ drittijiet favur l-abort. Continue reading “Fl-Arġentina ma tgħaddix liġi favur l-abort volontarju”

Xandar tal-għożża tal-ħajja – L-Isqof Awżiljarju f’Ħal Balzan

Is-Sibt, 11 ta’ Awwissu 2018: Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla ġimgħa wara l-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Joseph Galea-Curmi. Continue reading “Xandar tal-għożża tal-ħajja – L-Isqof Awżiljarju f’Ħal Balzan”

L-Evanġelju tal-Ħadd 12 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 41-51

Waħda mill-pjagi tal-Insara llum u allura hija pjaga oħra tal-Knisja kollha kemm hi, huma l-estremi, anke fi ħdan il-Knisja stess. Barra mill-fatt li l-estremi huma dejjem ħżiena għalina li naslu biex nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex jekk inkunu mħeġġa wisq irażżanna, l-estremisti ħafna drabi jduru għal xulxin u jużaw dak li suppost ikun il-mezz tal-għaqda ta’ bejniethom biex jinfirdu u jitbiegħdu minn xulxin. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd 12 t’Awwissu 2018”

L-Evanġelju tas-Sibt 11 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 17, 14-20

Kultant ir-rejazzjoni ta’ Ġesù tista tidher goffa u barra minn postha. Jidher, iżda, li id-dixxiplikienu diġa ppruvaw ifejqu lil dan it-tifel u ma rnexxilhomx. Il-mistoqsija li għamlulu meta kienu weħidhom turi ċar li missier it-tifel mar għandhom l-ewwel, iżda huma ma setgħux ifejquh. Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 11 t’Awwissu 2018”