Fl-Arġentina ma tgħaddix liġi favur l-abort volontarju


Is-Sibt 11 ta’ Awwissu 2018: Fl-Arġentina folol kbar ta’ nies infexxew f’ferħ kbir fit-toroq ewlenin hekk kif ħarġet l-aħbar li s-senaturi Arġentini irrifjutaw abbozz ta’ liġi li kienet se tillegalizza l-abort wara dibattitu li dam sal-Ħamis kmieni filgħodu, deċiżjoni li marret kontra l-moviment ta’ appoġġ minn gruppi differenti ta’ drittijiet favur l-abort.

argentina-abortion-protest.jpg

Is-Senat ivvota 38 vot kontra u 31 vot favur il-miżura proposta, li kien jawtorizza d-dritt tal-mara li tfittex abort sa 14-il ġimgħa tqala. Il-polza kienet għadha kemm għaddiet mill-kamra tar-rappreżentanti f’Lulju.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.