Lectio Divina tal-20 Ħadd. Sena “B”

Vanġelu:  Il-festa ta’ Corpus twaqqfet wara li qamu ħafna disputi fuq il-preżenza ta’ Ġesu fl-Ewkaristija, u wara li bdew ħafna devozzjonijiet, xi wħud tajbin, imma oħrajn tbiegħdu mis-sens veru ta’ dal-misteru.  Għal din l-awtentiċita rridu mmorru għas-sors ta’ dan id-diskors, u għall-ġest li għamel Ġesu fl-Aħħar Ċena. Sinifikattiv ħafna l-fatt li Ġesu ma waqqafx dan is-Sagrament f’kuntest reliġjuż, fit-Tempju jew f’xi sinagoga, imma f’kuntest pjuttost profan – waqt ikla.  Irridu nfarfru t-trab u nnaddfu s-sadid li trabba matul is-sekli fuq dan is-suġġett.  Continue reading “Lectio Divina tal-20 Ħadd. Sena “B””

Il-laqgħat dinjin tal-familji, 25 sena ta’ rigali lill-Knisja

Il-Ħadd 12 ta’ Awwissu 2018: Fl-okkażjoni tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji li se ssir f’Dublin kważi 25 sena wara l-ewwel waħda li kienet saret f’Ruma fuq xewqa tal-Papa Ġwanni Pawlu II, l-aġenzija Vatican News ġabret fil-qosor l-istorja tal-avveniment li sar fil-preżenza ta’ tliet Papiet: Ġwanni Pawlu II, Benedittu XVI u Franġisku Continue reading “Il-laqgħat dinjin tal-familji, 25 sena ta’ rigali lill-Knisja”

Jibnu l-komunità permezz tan-nisa

Fl-Iraq: Insaħħu n-nisa biex huma jsaħħu t-tfal u l-familja. Minnhom tissaħħaħ il-komunità. Jista’ dan ikun mudell għal pajjiżna?

Wara l-okkupazzjoni tal-Iraq mill-ISIS, nisa Insara minn dan il-pajjiż kienu mistiedna biex jieħdu sehem f’laqgħa mifruxa fuq tliet ijiem li matulhom jkunu mogħtija għajnuna u appoġġ spiritwali.  Il-laqgħha kienet ispirata mill-festa ġdida ta’ Marija Omm il-Knisja li l-Papa Franġisku daħħal riċentement fil-kalendarju liturġiku u li tkun ċelebrata kull sena l-għada ta’ Għid il-Ħamsin. Continue reading “Jibnu l-komunità permezz tan-nisa”

L-Evanġelju tat-Tnejn 13 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 17, 22-27

Kienu barra minn Kafarnahum, probabli sejrin lura d-dar biex jistrieħu u Ġesù uriehom dwar xhie xkien qiegħed jaħseb. Kien ħsieb tqil għalih għax il-mewt, anke jekk wara hemm il-qawmien minnha, xorta waħda tibqa’ toqol kbir u biża’. Kien ħsieb tant tqil li Ġesù ma felaħx iżommu għalih waħdu u tkellem dwaru mad-dixxipli. Tassew li mat-toqol Ġesù żied it-tama tar-rebħa fil-qawmien mill-imwiet, imma, kif ħafna drabi jiġri lil kull wieħed u waħda minnha, l-aħbar il-ħażina titfi għal kollox l-aħbar it-tajba li bħal donnu togħsfor fix-xejn. U sewdu qalbhom ħafna. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn 13 t’Awwissu 2018”

Il-qtil brutali tat-tfal bl-ewtanasja fil-Belġju

Il-Ħadd 12 ta’ Awwissu 2018: Sitwazzjoni impressjonanti fis-soċjeta tal-Punent hija l-mod mgħaġġel kif prattiċi li fil-passat kienu illegali issa qegħdin jiġu permessi. Hekk ġara rigward l-abort, is-selezzjoni tal-embrjuni u bħalissa għaddejja wkoll kampanja favur l-ewtanasja. Reċentament ġie magħruf li fis-snin 2016 u 2017 tlett itfal fil-Belġju ġew mogħtija l-ewtanasja u ma sar l-ebda rapport fil-midja ! Continue reading “Il-qtil brutali tat-tfal bl-ewtanasja fil-Belġju”