L-Evanġelju tat-Tnejn 13 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 17, 22-27

Kienu barra minn Kafarnahum, probabli sejrin lura d-dar biex jistrieħu u Ġesù uriehom dwar xhie xkien qiegħed jaħseb. Kien ħsieb tqil għalih għax il-mewt, anke jekk wara hemm il-qawmien minnha, xorta waħda tibqa’ toqol kbir u biża’. Kien ħsieb tant tqil li Ġesù ma felaħx iżommu għalih waħdu u tkellem dwaru mad-dixxipli. Tassew li mat-toqol Ġesù żied it-tama tar-rebħa fil-qawmien mill-imwiet, imma, kif ħafna drabi jiġri lil kull wieħed u waħda minnha, l-aħbar il-ħażina titfi għal kollox l-aħbar it-tajba li bħal donnu togħsfor fix-xejn. U sewdu qalbhom ħafna.

Is-swied ta’ qalb jagħlaq kull ħalq u s-skiet jaħkem kull moħħ biex jagħti lok għall-ħsieb tqil li jġib miegħu. Ma’ stqarrija bħal dik jinbtu ħafna mistoqsijiet li ħadd ma jissogra jimmaġina t-tweġiba għalihom; kulħadd jistaqsi u ħadd ma jrid tweġiba; hija stqarrija li titfa lil min jismagħha fid-dlam tal-konfużjoni.

Jibqgħu mexjin u x’ħin jidħlu Kafarnahum jersqu lejn Pietru, li normalment jidher li kien l-iktar sensittiv għal stqarrijiet bħal dawn u kienu jħawduh ħafna, dawk li jiġbru t-taxxa għall-manutenzjoni tat-tempju, taxxa li kienu meħlusin minnha biss il-qassisin; taxxa li, bħal kul taxxa oħra, ħadd ma jieħu gost iħallas. Bħala valur kienet daqs, bejn wieħed u ieħor, €106 ta żmienna, il-valur ta’ tmin grammi fidda.

Tat-taxxa m’għandhomx rispetti, jiġbru għal min jiġbru, għax jiġbru huwa dmirhom, u għalkemm is-swied ta’ qalb ta’ Pietru seta’ kien evidenti biżżejjed, ma kienet ġriet ebda aħbar li ġralu xi ħaġa. Meta staqsewh qabad u qal ‘iva’ għalkemm jidher li t-taxxa li kien imissu jħallas Ġesù u anke Pietru stess, dakinhar kienet għada ma tħallsitx. Ħeles minnhom ħelu ħelu għal dak il-ħin, iżda l-ġabbara tat-taxxi, ma kellhom xejn imniżżel fil-kontijiet tagħhom u xi darba jew oħra, kemm Ġesù u kemm Pietru kienu se jerġgħu isibuhom ma’ wiċċhom.

Ovvjament Pietru ma kellu ebda qalb imur fuq Ġesù u jgħidlu x’ġara wara l-aħbar li kien għadu kemm stqarrilhom, wisq u wisq iżjed għax kien gideb, iżda Ġesù jistaqsih dwar it-taxxa li r-rejiet u l-gvernijiet kienu jiġbru mingħand il-barranin. It-tweġiba twassal lil Ġesù biex juri li hu sid it-tempju u li Pietru huwa ċittadin tat-tempju. It-Tempju kien id-dar ta’ Alla u Ġesù, kif stqarr Pietru stess, kien il-Messija bin Alla; mela t-tempju kien daru u Pietru kien ta’ ġewwa.

Iżda biex ma jkunx hemm skandlu bagħat lil Pietru jistad bix-xlief u qabad ħuta li f’ħalqha kien hemm munita li tiswa għat-taxxa tat-tnejn li huma.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.