Wettaq 1200 abort, illum jgħid li l-abort għandu jkun illegali

Il-Ġimgħa 17 ta’ Awwissu 2018:  Matul il-karriera professjonali tiegħu, it-Tabib minn New Mexico Anthony Levantino  wettaq mal-1200 abort, uħud minnhom anke wara l-għoxrin  ġimgħa tat-tqala.  Imma wara l-mewt traġika ta’ bintu, huwa ma setgħax jagħmel aktar abortijiet u llum huwa personaġġ promimenti ħafna favur il-ħajja. Ara aktar filmati favur il-ħajja f’din il-paġna tal-Laikos …  http://www.laikos.org/tvl4life.htm Continue reading Wettaq 1200 abort, illum jgħid li l-abort għandu jkun illegali

Żgħażagħ Maltin f’laqgħa mal-Papa Franġisku f’Ruma

Il-Ġimgħa 17 ta’ Awwissu 2018: Mis-7 sat-13 ta’ Awwissu fi Grottaferrata l-Italja, inżamm it-2 appuntament tal-proġett OWLS (Opportunities + Willingness + Learning = Success) iffinanzjat mill-programm tal-Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea. Il-protagonisti ta’ dan il-proġett kienu ż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika ġejjin minn Malta, l-Italja u r-Rumanija, flimkien ma’ żgħażagħ mill-Polonja, l-Albanija, il-Moldova, l-Ukrajna, il-Bulgarija, u Spanja. Kienet okkażjoni prezzjuża ta’ djalogu għas-60 żagħżugħ u żagħżugħa li ltaqgħu sabiex jitħaddtu fuq l-isfidi u s-suċċess tal-esperjenzi tagħhom fl-Azzjoni Kattolika u tal-volontarjat. Continue reading “Żgħażagħ Maltin f’laqgħa mal-Papa Franġisku f’Ruma”

Ser tibda l-laqgħa internazzjonali tal-familji fl-Irlanda

Il-Ġimgħa 17 ta’ Awwissu 2018: Il-familja għadha tkun aħbar tajba għad-dinja tal-lum? Dil-mistoqsija qed jagħmilha l-Papa Franġisku lill-ġenituri, ulied u nanniet minn madwar id-dinja kollha li bejn il-21 u s-26 ta’ Awwissu se jiltaqgħu f’Dublin, l-Irlanda għad-IX Laqgħa Dinjija tal-familji.
Continue reading “Ser tibda l-laqgħa internazzjonali tal-familji fl-Irlanda”