Il-film ‘Pope Francis: A Man of His Word’ b’risq Caritas Malta


Il-Ġimgħa 17 ta’ Awwissu 2018: Fil-ġimgħat li ġejjin, KRS Malta se jkunu qed iwasslu fiċ-ċinema lokali l-film: POPE FRANCIS: A MAN OF HIS WORD, film ta’ Wim Wenders li huwa t-tieni koproduzzjoni li l-Vatikan qed tagħmel ma’ filmmakers.

cropped_popemovie

Id-dokumentarju se jinħareġ fil-ħames anniversarju tal-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku u se jagħti togħma perfetta ta’ dak kollu li ħadem għalih dan il-Papa.
KRS Malta xtaqu li l-Arċisqof Charles J. Scicluna jara b’mod privat dan il-film imma x-xewqa tal-Arċisqof Scicluna kienet li jarah mal-pubbliku f’serata speċjali li se ssir nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Awwissu 2018 fis-6:30pm, fit-Teatru tal-Embassy, il-Belt Valletta. Il-prezz ta’ dan l-ispecial screening hu ta’ €15 u d-dħul se jmur kollu b’risq Caritas Malta.

Il-moħħ wara dan il-film, Wim Wenders, jiddiskrivi l-inkontru tiegħu ma’ Jorge Mario Bergoglio, il-Ġiżwita mill-Arġentina, magħruf minn miljuni madwar id-dinja mill-2013 bħala Papa Franġisku. Wenders, flimkien mal-ekwipaġġ tiegħu, għal diversi snin intervistaw lill-Papa u wkoll kellhom aċċess għall-arkivji b’materjal viżiv li jinkludi lill-Qdusija tiegħu fi vjaġġi madwar id-dinja. F’dawn il-filmati l-Papa Franġisku jidher jiltaqa’ mal-ogħla awtoritajiet dinjija imma l-iktar li jispikka hu l-kuntatt ma’ ċittadini ordinarji. F’dawn il-filmati kollha jagħti messaġġ qawwi ta’ kompassjoni, għaqda u umanità. Wenders ikompli jgħid li fid-dinja tal-lum hija ferm diffiċli, speċjalment għall-politiċi, li jipprattikaw dak li jippritkaw, imma għall-Papa Franġisku taħdem differenti; mhux biss huwa rappreżentant tal-Kristjani u l-Kattoliċi imma tal-umanità kollha inġenerali. Wenders itemm jgħid li l-Papa jgħix u jipprattika dak li jippritka u hu għandu l-ikbar stima lejn din l-attitudni tiegħu.

Id-direttur il-ġdid ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, irringrazzja lill-Arċisqof Scicluna li għażel lil Caritas Malta bħala l-entità tal-Knisja biex tibbenifika mid-dħul ta’ dan il-film f’din is-serata speċjali. Irringrazzja wkoll lill-KRS Malta, Universal Pictures u l-Embassy ta’ dan is-sapport.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.