Żgħażagħ Maltin f’laqgħa mal-Papa Franġisku f’Ruma


Il-Ġimgħa 17 ta’ Awwissu 2018: Mis-7 sat-13 ta’ Awwissu fi Grottaferrata l-Italja, inżamm it-2 appuntament tal-proġett OWLS (Opportunities + Willingness + Learning = Success) iffinanzjat mill-programm tal-Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea. Il-protagonisti ta’ dan il-proġett kienu ż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika ġejjin minn Malta, l-Italja u r-Rumanija, flimkien ma’ żgħażagħ mill-Polonja, l-Albanija, il-Moldova, l-Ukrajna, il-Bulgarija, u Spanja. Kienet okkażjoni prezzjuża ta’ djalogu għas-60 żagħżugħ u żagħżugħa li ltaqgħu sabiex jitħaddtu fuq l-isfidi u s-suċċess tal-esperjenzi tagħhom fl-Azzjoni Kattolika u tal-volontarjat.

file

Il-grupp ingħaqdu ma’ żgħażagħ Taljani għal-laqgħa mal-Papa li saret fil-11 ta’ Awwissu. Il-pellegrinaġġi, organizzati minn madwar 200 djoċesi, iltaqgħu f’Circo Massimo f”Ruma, madwar 70.000 żagħżugħ jitolbu u jiddjalogaw miegħu f’atmosfera ta’ festa kbira. Din il-festa estendiet f’Notte Bianca fejn, fost ħafna inizjattivi, baqgħu miftuħa l-Knejjes ta’ Ruma sa sbieħ il-jum tal-Ħadd 12 ta’ Awwissu. Il-Ħadd stess kien hemm l-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet b’quddiesa fi Pjazza San Pietru u t-talba tal-Anġelus.

Rapport mill-Kamra tal-Aġbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.