“Irridu nagħdru u nifhmu lil xulxin, u napprezzaw ir-rieda tajba ta’ xulxin”

Is-Sibt, 25 ta’ Awwissu 2018: Omelija tal-Arċisqof J. Scicluna waqt Quddiesa tal-Magħmudija fil-Knisja Parrokkjali, f’Burmarrad. Continue reading ““Irridu nagħdru u nifhmu lil xulxin, u napprezzaw ir-rieda tajba ta’ xulxin””

Fin-Niġerja, wara t-terrur tal-Boko Haram

Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018: Riċentement, Father Tobias Bature, qassis mid-Djoċesi ta’ Maiduguri fl-Istat ta’ Borno fin-Niġerja, żar il-Qwartieri Ġenerali tal-ACN u tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti fid-djoċesi tiegħu u dwar kull ma l-Knisja f’pajjiżu qed tagħmel biex tgħin lil dawk kollha li għal bosta snin batew minn vjolenza u persekuzzjoni, Continue reading “Fin-Niġerja, wara t-terrur tal-Boko Haram”

Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku fl-Irlanda

Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018:  Illum il-Papa Franġisku jasal Dublin fl-Irlanda biex jieħu sehem fl-għeluq tal-Laqgħa Dinjija tal-Familja.  Il-Papa telaq mill-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma fit-8.15 ta’ dalgħodu u mistenni jasal Dublin fl-10.30am fejn ikun mogħti merħba uffiċċjali.  Continue reading “Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku fl-Irlanda”

Rapport mill-Kungress Pastorali tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Dublin

Il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu 2018: L-ewwel jum tal-Kungress Pastorali tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’D ublin, l-Irlanda beda b’26 sessjoni ta’ diskussjonijiet kif ukoll b’messaġġ ta’ tama waqt il-quddiesa presjeduta mill-Arbċisqof ta’ Bombay, il-Kardinal Oswald Gracias, li waqt l-omelija għamel riflessjoni fuq it-tema: Il-Knisja hi familja ta’ familji.
Continue reading “Rapport mill-Kungress Pastorali tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Dublin”

L-Ittra tal-Papa lit-teologu Stephen Walford

Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018: “Il-Papa Franġisku, il-familja u d-divorzju. Niddefendu l-verità u l-ħniena” huwa t-titlu ta’ ktieb li ħiereġ dalwaqt, miktub minn Stephem Walford, kollu dedikat lill-Eżortazzjoni Apostolika “Il-Ferħ tal-Imħabba”, ktieb li l-Papa qiesu b’mod favorevoli tant li kiteb ittra lill-awtur li qed tidher sħiħa fil-pubblikazzjoni tal-Ġiżwiti “La Civiltà Cattolica”.
Continue reading “L-Ittra tal-Papa lit-teologu Stephen Walford”

Lill-leġiżlaturi kattoliċi l-Papa Franġisku stedinhom biex qabel kollox ikunu xhieda ta’ twemminhom

Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018: Is-sitwazzjoni tal-insara u ta’ minoranzi reliġjużi oħra fid-dinja serja għall-agħar l-aktar f’reġjuni fejn qed jiddomina l-fundamentaliżmu. Però hemm periklu reali li dan l-estremiżmu u l-intolleranza niġġildulhom b’estremiżmu u intolleranza min-naħa tagħna. Continue reading “Lill-leġiżlaturi kattoliċi l-Papa Franġisku stedinhom biex qabel kollox ikunu xhieda ta’ twemminhom”

L-Evanġelju tal-Ħadd 26 t’Awwissu 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 6, 60-69

Mhux l-ewwel darba li, kultant b’intenzjoni tajba, jippruvaw ibellgħu xi ħaġa lil xi ħadd bil-kuċċarina zokkor ta’ Mary Poppins. Xi ħaġa, li naħsbu li mhux se tinżel tajjeb minħabba t-togħma morra jew qarsa tagħha, imma li għandna bżonnha jew hija tassew vera, biex titwemmen jew għallinqas ma toħloqx rejazzjoni kbira ħafna, nippruvaw nagħtuha dehra isbaħ, u nieħdu gost meta n-nies jibilgħuha u nitbissmu u nidħku, sodisfatti b’kemm jirnexxielna nqarrqu. Ġesù ma jqarraqx; Ġesù ma jaħdimx b’dan il-mod. Ħallu l-iva tagħkom tkun iva u l-le tagħkom le. Abjad abjad, iswed iswed. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd 26 t’Awwissu 2018”