Adorazzjoni Ewkaristika matul Settembru 2018


Settembru huwa x-xahar tal-Vitorja. It-Twelid tal-Verġni Mbierka l-Knisja tarah bħala ż-Żernieq li jħabbar li x-Xemx tal-Ġustizzja, Ġesù, ma jdumx ma jidher. Din il-festa liturġika għalina l-Maltin hija marbuta b’mod wisq għażiż mal-Istorja ta’ Pajjiżna. Lejn tmiem Settembru ħarsitna ddur ukoll lejn l-Arkanġli San Mikiel, San Gabriel u San Rafel. Nitolbuhom iħarsuna fil-mixja tal-fidi tagħna. Ara l-kalendarju bil-kulur minn hawn: 01 KALENDARJU ADOR.SETTEMBRU 2018 BIL-KULUR

It-TNEJN 3 ta’ Settembru
Istitut San Ġużepp Sorijiet Dumnikani Ħaż-Żabbar
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 6 ta’ Settembru
Parroċċa Madonna tal-Lourdes – San Ġwann
Fit-8.30 Quddiesa wara Adorazzjoni

IL-ĠIMGĦA 7 ta’ Settembru
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar
Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara
Fid-9.00 ta’ fil-għodu

It-TNEJN 10 ta’ Settembru
Knisja Madonna tal-Grazzja Tal-Kapuccini
– Victoria Ghawdex
Fid-9.30 ta’ fil-għodu Quddiesa u wara Adorazzjoni
mill-10.00 sal-11.00

IT-TLIETA 11 ta’ Settembru
Dar tal-Anzjani Santa Katerina Ħ’Attard
Fil-9.45 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 12 ta’ Settembru
Santwarju Madonna tal-Ħerba – Birkirkara
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 14 ta’ Settembru
Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes
Knisja ta’ Ġiesu. Il-Belt Valletta
Fl-10.00 am: Adorazzjoni u fil-11.00 Quddiesa

IL-ĠIMGĦA 14 ta’ Settembru
Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes
Fergħa Ewkaristika Il-Marsa
Fis-6.00 ta’ fil-għaxija u fl-7.00 Quddiesa

IS-SIBT 15 ta’ Settembru
Festa liturġika ta’ Marija Addolorata
Santwarju Madonna tas-Samra – il-Hamrun
Fil-11.00 ta’ fil-għodu – f’nofs in-nhar Quddiesa

IT-TNEJN 17 ta’ Settembru
Festa tal-Istigmati ta’ San Franġisk t’Assisi
Parroċċa San Bastjan fil-Kripta – Ħal Qormi –
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 18 ta’ Settembru
Kappella San Ġużepp Ħaż-Żebbuġ
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 19 ta’ Settembru
Knisja Madonna ta’ Fatima – il-Gwardamangia
Fid-9.00 Quddiesa; wara Adorazzjoni

IL-ĦAMIS 20 ta’ Settembru
Knisja Madonna tal-Karmnu – l-Imdina
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 21 ta’ Settembru
San Mattew Appostlu u Evanġelista – Jum l-Indipendenza
Istitut Ġesù Nazarenu Iż-Żejtun
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TNEJN 24 ta’ Settembru
Sorijiet Ġesù Nazzarenu Marsaxlokk
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 25 ta’ Settembru
Festa ta’ San Piju tal-Pjagi
Pax et Bonum Il-Mosta
Wara l-Quddiesa tad-
9.00 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 27 ta’ Settembru
Madonna ta’ Pompej – Victoria, Għawdex
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 28 ta’ Settembru
Ċentru Santa’Andrija Tarġa Gap Il-Mosta
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 28 ta’ Settembru
Knisja Santa’Anna Iż-Żebbiegħ l/o Imġarr
5.30 ta’ fil-għaxija : Adorazzjoni u fis-6.30 : Quddiesa RIL

Infakkru bil-quddiem, jekk il-Bambin irid, li nhar il-Ħamis 11 t’Ottubru, bhas-sena l-oħra, se niċċelebraw l-Aħħar Dehra ta’ Fatima fil-Bażilika tal-Mosta – fid-9.30 am. Ikun hemm Purċissjoni, Adorazzjoni u Quddiesa. Nirringrazzja bil-quddiem lil min jorganizza t-trasport.

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.