It-talb ma jagħmilx maġija


Kitba ta’ Angelo Xuereb

Alla jisma’ t-talb ta’ kull bniedem li hawn fid-dinja u b’mod jew ieħor ser jgħinu żgur.

Iżda t-talb ma jagħmilx maġija. Kważi ta’ kull jum nirċievi emails b’kontenut veru tajjeb li jikkonsisti fi xbiehat ta’ Kristu, tal-Verġni Marija u tal-qaddisin. Iżda fl-aħħar ikun hemm l-invit biex inti tibgħat din l-email lill-persuni oħra u hekk taqla’ żgur xi grazzja.

Forsi wieħed jistaqsi x’hemm ħażin. Dawn mhumiex ħlief dawk li jissejħu chain letters li jistiednu lil dak li jkun li jerġa’ jqassam it-talba u hekk ikun hemm il-garanzija li wieħed ser jaqla’ grazzja. Dawn jagħtu l-impressjoni li t-talb huwa maġija jew xi ħaġa awtomatika.

Iżda t-talb mhux maġija jew xi ħaġa awtomatika. Meta nitolbu bl-ispirtu u bil-verità nagħmlu l-petizzjonijiet tagħna u mbagħad inħallu f’idejn Alla. Huwa żgur ser jismagħna b’mod jew ieħor u jagħtina dak li għandna bżonn u mhux li nixtiequ aħna.

Meta nitolbu sewwa rridu nħallu f’idejn Alla. Nitolbu bil-fiduċja u mhux nippretendu li jekk inkunu bagħatna tant emails ser naqilgħu żgur. Inkunu nirrendu t-talb bħal meta nagħmlu biċċa xogħol u nitħallsu tagħha.

Barra t-talb biex naqilgħu xi grazzja tajjeb li nagħmlu xi żjara lil Ġesù Ewkaristija u nadurawh u nħobbuh tant għoġbu jibqa’ magħna taħt dan is-sagrament hekk kbir. Nibdew il-jum bit-talb u nispiċċawh bit-talb.

Ngħixu wkoll il-presenza ta’ Alla billi niftakru ta’ spiss fih. Meta nħarsu lejn is-sema kaħlani, lejn il-baħar u lejn in-natura naraw il-kobor ta’ Alla filwaqt li nitkellmu miegħu f’qalbna.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.