L-Erbgħa, 5 ta’ Settembru 2018: Korsijiet għas-sena akkademika 2018-2019 mill-istitut ta’ formazzjoni pastorali u entitajiet oħra fil-knisja.
Fis-sena akkademika li tibda f’Ottubru 2018, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il-Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost il-11-il kors offrut mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l-istorja tal-Knisja f’Malta, l-għeruq tal-fidi Nisranija fil-Ġudaiżmu, il-Missirijiet tal-Knisja, l-ispiritwalità, l-irwol tan-Nisrani fis-soċjetà, u oħrajn.
Il-korsijiet offruti huma dawn:
- L-Esperjenza Umana ta’ Alla fit-Talb/The Human Experience of God in Prayer (NQF livell 4)
- L-Ispiritwalità Franġiskana/Module in Franciscan Spirituality II (NQF livell 5) L-Ispiritwalità u l-Ġustizzja/Module in Spirituality and Justice (NQF livell 5) Alla u l-Politika/Module in God and Politics (NQF livell 5)
- Missirijiet tal-Knisja/Lectio Patrum II (NQF livell 5)
- Niskopru l-Fidi Nisranija/Discovering the Christian Faith (NQF livell 4)
- L-Adolexxenti u l-Ministeru Pastorali taż-Żgħażagħ/Adolescent and Youth Ministry (NQF livell 5)
- Il-Ministeru Pastorali tal-Familja/Family Ministry (NQF livell 5)
- L-Istorja tal-Knisja f’Malta/History of the Church in Malta (NQF livell 5)
- L-Għeruq tal-Fidi Nisranija fil-Ġudaiżmu /Jewish Roots in Christianity (NQF livell 5)
- Id-Dimensjoni Spiritwali fil-Kura tas-Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (NQF livell 6)
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl-2007 bl-iskop li joffri formazzjoni għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà kontemporanja. Il-korsijiet huma akkreditati mill-Malta Qualifications Council u jwasslu għal General Education Award jew Higher Education Award.
Il-prospectus għas-sena akkademika 2018–2019 jista’ jitniżżel mill-websajt http://www.maltapfi.org/courses.php. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat imejl fuq pfimalta@gmail.com.