Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018: Omelija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa Pontifikali fil-festa tal-Vitorja, fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, in-Naxxar. Continue reading Omelija tal-Arċisqof lejliet il-Festa ta’ Marija Bambina
Day: September 7, 2018
Il-Persekuzzjoni Reliġjuża fl-Asja tkompli tiħrax
Il-libertajiet reliġjużi qed ikomplu jitnaqqru fl-Asja filwaqt li qed jiżdied il-fundamentaliżmu reliġjuż. Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li din it-twissija għamilha r-rapporteur speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-libertà reliġjuża. Continue reading Il-Persekuzzjoni Reliġjuża fl-Asja tkompli tiħrax
Il-Papa jgħid lill-ġenituri biex jikkollaboraw mal-iskola
Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018: Dalgħodu, fl-Awla Pawlu VI l-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ membri tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-Ġenituri li qed tiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tagħha. Din l-għaqda tagħti sapport lill-ġenituri fl-impenn tagħhom għall-familja u l-edukazzjoni skont prinċipji etiċi nsara. Continue reading Il-Papa jgħid lill-ġenituri biex jikkollaboraw mal-iskola
Qegħdin fix-Xahar tal-Ħolqien
Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembu 2018: Matul ix-xahar ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru 2018, l-Insara madwar id-dinja jingħaqdu biex jitolbu u jħarsu d-dar komuni tagħna matul ix-Xahar tal-Ħolqien. It-tema għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hi ‘Nimxu Flimkien’. Continue reading Qegħdin fix-Xahar tal-Ħolqien
It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena. Sena B
Il-Ħadd, 9 ta’ Settembru 2018: Is-Suddjaknu Dennis Mifsud b’riflessjoni dwar il-Qari tal-Quddiesa tat-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena, Sena B.
Riflessjoni fuq it-Twelid tal-Verġni Marija
Kitba ta’ Angelo Xuereb
Il-festa tat-twelid tal-Verġni Marija li niċċelebrawha fit-8 ta’ Settembru tfakkarna li għandna nagħtu direzzjoni spiritwali lil ħajjitna. Continue reading Riflessjoni fuq it-Twelid tal-Verġni Marija
L-Evanġelju tal-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018
Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 5, 33-39
F’dan Luqa l-ewwel argument bejn Ġesù u l-Fariżej hua fuq is-sawm u għalkemm għadna fil-bidu tal-Evanġelju, Ġesù filwaqt li ma jiddefendix id-drawwa tal-Fariżej u d-dixxipli ta’ Ġwanni li jsumu (għalkemm hu stess ma jiċħadx il-validità tas-sawm u t-talb anke fl-erbgħin jum li għamel fid-deżert), jagħti inidkazzjoni ta’ x’se jseħħ minnu; l-għarus jeħduhulhom. Continue reading L-Evanġelju tal-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018