Xahar il-Ħolqien


Il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018: Kif ġa fakkarna drabi oħra minn dawn il-paġni, mill-1 ta’ Settembru sal-4 ta’ Ottubru, l-Insara madwar id-dinja jfakkru ix-xahar ta’ talb u attivitajiet għall-ħarsien tal-ħolqien.  F’pajjiżna wkoll, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent se torganizza dawn l-attiviatjiet b’rabta max-xahar tal-Ħolqien għal din is-sena:

POSTER2.jpg

Is-Sibt 15 ta’ Settembru

Ċelebrazzjoni ma’ Tlugħ ix-Xemx fil-Kappella ta’ Lourdes, l-Imġarr Għawdex. Isir it-Talb ta’ Tifħir għal sbiħ il-jum u ċelebrazzjoni ewkaristika. Ninġabru fil-kappella fis-6.15 ta’ filgħodu. Kulħadd mistieden jieħu sehem.

Il-Ħamis 27 ta’ Settembru – Velja ta’ talb b’tema ambjentali ġewwa St Andrew’s Scots Church, il-Belt Valletta bis-sehem ta’ rappresentanti tal-Knejjes Kristjani kollha ġewwa pajjiżna. Isir ġest ta’ solidarjetà ma’ dawk il-ħlejjaq li jispiċċaw ibatu anke minħabba imġiba mhix xierqa tagħna l-bnedmin. Ħin 6.30pm. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.

Il-Ħadd 7 ta’ Ottubru fl-9.45am – Fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, r-Rabat. Ċelebrazzjoni ewkaristika li tagħlaq ix-xahar tal-Ħolqien għal din is-sena. Wara nieħdu xi ħaġa flimkien.

Ara wkoll il-Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji ta’ Talb għall-għożża tal-ħolqien 2018.  Din is-sena huwa dwar il-ħarsien tal-ilma.