Lectio Divina tal-24 Ħadd. Sena “B”

Vanġelu (Mk 8, 27-35): “Min jgħidu n-nies li jien?” Ġesu jagħmel il-proposta tiegħu għall-ħajja, u jitob lin-nies biex jimxu warajh u fuq dil-proposta. Il-prezz hu għoli għax aħna ħajja waħda għandna. Qabel ma niddeċiedu rridu nkunu naf sew min hu dan Ġesu, u fejn se jwassalna. Anki d-dixxipli spiss kienu jsaqsu: “Min hu dan Ġesu?” e.g. wara l-fejqan tal-imxajtan, tal-paralitiku (“min hu dan biex jaħfer id-dnubiet?”),  jew meta waqqaf it-tempesta (“min hu dan biex anki ir-riħ u l-mewġ jobduh?”). Qabel ma jikkommettu ruħhom għall-proposta tiegħu riedu jkunu ċerti min hu tassew.

Continue reading “Lectio Divina tal-24 Ħadd. Sena “B””