F’dawn iż-żminijiet donnu li l-akkużatur il-kbir qabad mal-Isqfijiet

It-Tlieta 11 ta’ Settembru 2018. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Dil-ħabta donnu li l-Akkużatur il-Kbir imqabbad mal-isqfijiet biex joħloq l-iskandlu. Għalhekk l-isqfijiet għandhom iżommu f’moħħhom tliet aspetti fundamentali: il-qawwa tagħhom hi li jkunu bnedmin ta’ talb, ikollhom l-umiltà li jifhmu li kienu magħżulin minn Alla, u li jibqgħu qrib il-poplu.

Continue reading “F’dawn iż-żminijiet donnu li l-akkużatur il-kbir qabad mal-Isqfijiet”

L-Evanġelju tat-Tlieta 11 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 6, 12-19

F’dawn it-tmin versi minn kapitlu sitta tal-Evanġelju tiegħu San Luqa qed jara l-Knisja kif tasse whi diġa fi żmienu. Hija Knisja pproġettata fil-futur u hekk għada sallum minkejja d-dgħufijiet u d-dnubiet kollha ta’ dawk li jagħmluha, dawk li għandhom il-mard tagħhom u mħabbtin mill-ispirti mniġġsa li kultant jieħdu r-riedni f’idejhom, anke fi żmienna, u jaħsbu li qed imexxu huma. San Luqa jurina kif Ġesù ried u għadu jrid li tkun il-Knisja tiegħu f’kull żmien, mibnija minnu f’għaqda mal-Missier magħmula minn nies li huwa għażel, anke dak li jittradih, minn kull ġens u poplu, fil-wita, dawk li jimxu warjah u dawk li huma mxennqa għall-kelma u għall-fejqan tiegħu. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta 11 ta’ Settembru 2018”