L-Evanġelju tal-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 6, 20-26

L-hena mhux relattiv bħall-gost jew il-pjaċir; ma jiddependix mill-gosti tal-individwu u minn dak li jfittex biex jirbaħ għalih innifsu. L-hena huwa stat tar-ruħ li jserraħ lill-bniedem li jġarrbu u jerfgħu f’livell ta’ ferħ li ma jiddepedndix minn dak li jġarrab jew mis-sitwazzjoni li jsib jew iġib ruħu fiha. Ikun minn ikun, iġarrab xi jġarrab l-hena tal-bniedem li jkun merfugħ għal dan l-istat ma jitteħidlu minn ħadd u b’xejn. Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2018”