Il-Papa: kuljum nitlob sabiex id-dinja tixxotta d-dmugħ tat-tfal fis-Sirja u l-Iraq

Is-Sibt 15 ta’ Settembru 2018: Meta rċieva l-parteċipanti fil-laqgħa ta’ organizzazzjonijiet Kattoliċi tal-karità, li joperaw fis-Sirja u f’pajjiżi ġirien, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-komunità inter-nazzjonali sabiex ma tagħlaqx għajnejha għall-dak li ġiegħel miljuni ta’ nies iħallu l-artijiet tagħhom. Continue reading “Il-Papa: kuljum nitlob sabiex id-dinja tixxotta d-dmugħ tat-tfal fis-Sirja u l-Iraq”

Jesus wants everyone to know Him in a personal way

Monthly Reflection September 2018 by George Calleja

Jesus wants everyone to know Him in a personal way. The love of His Father is for all people in all nations. This opportunity to taste and see that the Lord is good is for everyone, yet it is still not known by all people. This reality could be because although certain people have attempted and had the opportunity to taste and see that the Lord is good, they have decided to go their own way, refusing to know Jesus in a personal way. In these situations, Jesus still loves and cares for each person, and still desires that every individual would return to Him to find refuge and to be blessed. Continue reading “Jesus wants everyone to know Him in a personal way”

L-Evanġelju tal-Ħadd 16 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 8, 27-35

Il-belt ta’ Ċesarija ta’ Filippu, li qabel kienet magħrufa wkoll bħala Panea mill-kult tal-alla Pan fil-mitoloġiji Griegi u Rumani, kienet marbuta ma’ kult qadim ħafna lejn Baal, iktar ’il quddiem Pan. Pan kien magħruf għall-konfużjoni li joħloq fil-bnedmin; il-forma tiegħu ukoll kienet tnissel dubju dwar x’inhu eżatt, nofsu bniedem bil-qrun fuq rasu u b’saqajn ta’ mogħża jew bodbod. Il-kelma ‘paniku’ li nużaw illum biex infissru konfużjoni u taħwid, ħafna drabi mingħajr skop, għandha l-għeruq tagħha f’dan l-alla tat-taħwid. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd 16 ta’ Settembru 2018”

L-Evanġelju tas-Sibt 15 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 19:25-27

San Mark isemmilna tlet nisa oħra, tnejn minnhom jidhru li huma l-istess, iżda, jumejn wara, ma sbiħ il-Ħadd u f’sitwazzjoni differenti, meta kollox kien għadu rieqed u kwiet biex minn dak l-irqad tal-mewt u l-kwiet tal-oqbra titnissel l-aħbar li għada triegħed lid-dinja sallum. Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 15 ta’ Settembru 2018”