Programm tal-Festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesu` fil-Kappella tas-Sorijiet Karmelitani Ta’ Kerċem


22 ta’ Settembru – 1 ta’ Ottubru 2018: Programm tal-Festa ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesu`fil-Kappella tas-Sorijiet Karmelitani, Ta’ Kerċem – Għawdex.Is-Sibt 22 ta’ Settembru: Bidu tan-Novena
Fis-6.45am: Kuljum (Barra fejn hemm indikat mod ieħor) Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Tereżina, u Barka Sagramentali.
Il-funzjoni tan-novena tintemm bl-innu popolari “Ċkejkna Santa Tereżina”.

Il-Hadd 23 ta’ Settembru: Jum is-Sorijiet Karmelitani
Fis-7.00am: Quddiesa bl-omelija u bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum integrat. Il-quddiesa tkun b’sufraġju tas-Sorijiet Karmelitani mejtin fosthom Sr Elena Bezzina li mietet din is-sena. Wara Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Sagramentali.

It-Tnejn 24 ta’ Settembru : Jum il-Morda u l-Anzjani.
Fis-6.45am: Mons. Carmelo Borg imexxi quddiesa li fiha jsir it-Tberik tal-Ward ta’ Santa Tereżina li matul il-ġranet tan-novena jitqassam lill-morda tal-parroċċa.

It-Tlieta 25 ta’ Settembru : Jum ta’ Talb għall-Missjunarji
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant. Isir talb lil Santa Tereżina Patruna tal-Missjonijiet għall-missjunarji Kattoliċi kollha li, fost tant perikli u b’ħafna sagrifiċċji, qed ixandru l-Aħbar it-Tajba mal-erbat irjieħ d-dinja. Wara, Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Sagramentali.

L-Erbgha 26 ta’ Settembru : Inawgurazzjoni tas-Sena Skolastika fl-Iskola Santa Tereża.
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Tereżna u Barka Sagramentali.
Fit-8.15am: Fl-Iskola Santa Tereża, Talba ta’ filgħodu u diskors qasir mill-Kap tal-Iskola Sr Lucy Vella. Wara jsir it-tberik ritwali tat-tfal minn Mons. Carmelo Borg, Direttur Spiritwali, li jwassal ukoll il-messaġġ tiegħu lill-istudenti u lill-għalliema fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena skolastika.

Il-Hamis 27 ta’ Settembru : Jum Il-Benefatturi.
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant li tkun għall-benefatturi ħajjin u b’sufraġju tal-benefatturi mejtin tas-Sorijiet Karmelitani. Fl-okkazjoni tal-50 sena mill-mewt ta’ Mons. Mikelanġ Grima li kien wieħed mill-ewwel benefatturi tas-Sorijiet Karmelitani f’Ta’ Kerċem, niftakru fih fit-talb taghna Wara Litanija ta’ Santa Tereżina, u Barka Sagramentali.

Il-Gimgha 28 ta’ Settembru: Jum it-Tfal
Fis-6.45am: Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Tereżina, u Barka Sagramentali.
Fid-9.00am: Fil-bidu tas-sena skolastika, il-Kappillan Dun Brian Mejlak imexxi quddiesa bl-omelija għat-tfal tal-Iskola Santa Tereża.
Fis-6.30pm: Mons. Carmelo Gauci imexxi Ċelebrazzjoni tal-Kelma u preżentazzjoni tat-tfal (li din is-sena ser jibdew l-iskola fil-Kinder 1) lil Santa Tereżina patruna tal-Iskola.
Is-Sibt 29 ta’ Settembru :
Fis-7.00am : Quddiesa bil-kant, Litanija ta’ Santa Tereżina u Barka Sagramentali

Il-Hadd 30 ta’ Settembru: Lejlet il-Festa. Jum il-Vokazzjonijiet
Fis-7.00am: Quddiesa bl-omelija u bit-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum integrat.
Mis-6.30 sas-7.30pm: Siegħa adorazzjoni li titmexxa minn Sr Lucy Vella, Superjura tal-Komunita ta’ Kerċem. Isir talb ghall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjuzi. Nitolbu b’mod partikulari għas-Sorijiet tagħna li qegħdin iwettqu ħidma vokazzjonali fid-Dar ta’ Birkirkara, Malta, biex il-Mulej jgħani lill-Kongregazzjoni tagħna b’vokazzjonijiet ġodda.

IT-TNEJN L-1 TA’OTTUBRU :
JUM IL-FESTA u JUM IT-TERZJARJI KARMELITANI
Fis-7.00am: Uffiċċju tal-Qari u kant tas-Salmi ta’ Sbiħ il-Jum.
Fil-5.30pm: Rużarju li jitmexxa mit-Terzjarji Karmelitani.
Fil-5.50pm:Talb tat-Terzjarji.
Fis-6.00pm: Il-W. R. Patri Alexander Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta jmexxi quddiesa konċelebrata solenni u jagħmel l-omelija tal-okkażjoni dwar il-Qaddisa tal-Ward, patruna tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Karmelitani. Il-quddiesa tkun b’sufraġju tat-Terzjarji Karmelitani mejtin. Wara Innu, Antifona, u Barka Sagramentali.

Dawk kolha li jattendu ghal din iċ-ċelebrazzjoni festiva wara jkunu mistiedna għall-bibita fis-sala tal-Iskola Santa Tereża.

• Il-kant matul in-novena jitmexxa mis-Sorijiet Karmelitani, waqt li nhar il-festa jitmexxa mill-Kor “Stella Maris” li jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Carmel P. Grech.

• F’jum il-Festa l-Kappella ta’ Santa Tereżina tkun miftuħa l-ġurnata kollha.