Tifla tirrakonta l-esperjenza tagħha fis-Sirja

L-Erbgħa 19 ta’ Settembru 2018: “Ma tantx kelli tfulija sabiħa. Meta beda kollox, jiena kont għadni zgħira, qed nikber. Kien tassew diffiċli li tkun ferħana, li timxi fit-triq u tħossok fiż-żgur.  Kultant mid-dar nisemgħu sparar u splużżjonijiet, u allura tibża’ toħroġ barra fit-triq u tgħix ħajja normali.  Ħajti ta’ teenager tliftha. Din il-parti ta’ ħajti ġa għaddiet.  Ma nistax nakkwistha lura.  Nittama li ma jdumx ma jgħaddi kollox.  Imma ma nafx x’hemm fil-futur għalina.  Nittama li għad nerġa’ nkun ferħana u li uħud mill-ħolm tiegħi għadhom jistgħu iseħħu hawn f’pajjiżi.  Jiena għad għandi wkoll tama fl-umanità. Iva!”

Ara l-filmat …  Continue reading “Tifla tirrakonta l-esperjenza tagħha fis-Sirja”

Ġuħ kbir jista’ jwassal għall-mewt ta’ 600,000 tfal f’żoni ta’ gwerra

L-Erbgħa 19 ta’ Settembru 2018: Is-sit newsbook.com.mt qed jippubblika aħbar xejn sabiħa. Aktar minn nofs miljun tifel u tifla li jgħixu f’żoni ta’ gwerra jistgħu jmutu kaġun ta’ ġuħ estrem, qabel tmiem din is-sena. Dan joħroġ minn riċerka ġdida tal-organiżazzjoni internazzjonali “Save the Children”. Continue reading “Ġuħ kbir jista’ jwassal għall-mewt ta’ 600,000 tfal f’żoni ta’ gwerra”

L-Isqof Mario Grech quddiem is-Santu Sepulkru fil-Bażilika tal-Qabar Imqaddes, Ġerusalemm

L-Erbgħa, 19 ta’ Settembu 2018: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex fil-Quddiesa quddiem is-Santu Sepulkru fil-Bażilika tal-Qabar Imqaddes, Ġerusalemm. Continue reading “L-Isqof Mario Grech quddiem is-Santu Sepulkru fil-Bażilika tal-Qabar Imqaddes, Ġerusalemm”

L-Evanġelju tal-Erbgħa 19 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 11, 16-19

Alla, biex ikun dak li hu, m’għandux bżonn il-bniedem, m’għandu bżonn lil ħadd. Ġesù jkellem in-nies dwarhom infushom, dwar dan in-nisel li jaħseb li m’għandu bżonn ħadd u li kulħadd għandu bżonnu, dwar nisel li jippretendi li, tant hu wieqaf sod fuq saqajh, li mess is-sema b’idu u s-sema stess għandu joqgħod għall-ordnijiet tiegħu u jaqta’ x-xewqat tiegħu; dwar nisel li jwarrab kull valur u prinċipju biex idaħħal minflokom il-burdati u l-opinjonijiet tiegħu u l-burdtai u l-opinjonijiet iduru iktar minn pinnur, jiġġustifikaw kull għemil u jippromwovu l-eżaltazzjoni tal-bniedem bħala l-bidu u ċ-ċentru ta’ kull ma jeżisti, dak li jidher u dak li jidhirx. Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa 19 ta’ Settembru 2018”

Tgħid għadha żmienha?

Meta issemmieha illum ikun hawn min jgħidlek: “U ejja! Biex ġej! Mela għadna fi żmien il-brodu jew? U int kemm għandek moħħok magħluq!” Inkella, ikun hawn min jikkummenta hekk: “Illum mhux moderni! Din xi ħaġa tal-antik! Illum kulħadd jista’ jagħmel li jrid b’ġismu u b’ġisimha. Basta ma jweġġa’ lil ħadd!”

Continue reading “Tgħid għadha żmienha?”