L-Evanġelju tal-Erbgħa 19 ta’ Settembru 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 11, 16-19

Alla, biex ikun dak li hu, m’għandux bżonn il-bniedem, m’għandu bżonn lil ħadd. Ġesù jkellem in-nies dwarhom infushom, dwar dan in-nisel li jaħseb li m’għandu bżonn ħadd u li kulħadd għandu bżonnu, dwar nisel li jippretendi li, tant hu wieqaf sod fuq saqajh, li mess is-sema b’idu u s-sema stess għandu joqgħod għall-ordnijiet tiegħu u jaqta’ x-xewqat tiegħu; dwar nisel li jwarrab kull valur u prinċipju biex idaħħal minflokom il-burdati u l-opinjonijiet tiegħu u l-burdtai u l-opinjonijiet iduru iktar minn pinnur, jiġġustifikaw kull għemil u jippromwovu l-eżaltazzjoni tal-bniedem bħala l-bidu u ċ-ċentru ta’ kull ma jeżisti, dak li jidher u dak li jidhirx.

Ir-riżultat ta’ dak li jrid dan in-nisel hu li ma jafx eżatt x’irid, huwa konfużjoni mill-bidu nett tal-eżistenza tiegħu, frustrazzjoni deprimenti ġejja mill-fatt li minħabba li jafx eżatt x’irid, xejn ma jsoddu; la ma tafx xi trid, ma tafx min int, kriżi ta’ identità li twarrab kull stabilità u hena mill-qlub. Meta naħsbu li m’aħniex nieħdu li rridu ninfexxu fil-vendetta, meta ma ma nifhmux dak li qed jispjegawlna, ninfexxu fit-tgħajjir u ż-żeblih; ingergru fuq kollox u fuq kulħadd u Alla u dak li hu tiegħu jintuża bħal ballun f’logħba football fejn ħadd qatt ma jiskorja.

Tajtkom il-ferħ u qridtu, tajtkom in-niket u gergirtu; rajtu lil min hu axxetiku u mrażżan u tgħidulu miġnun u ġej mix-xitan; ġejt jien, niekol u nixrob magħkom u tgħidu li jien ħabib tax-xjaten. Il-konfużjoni li ħloqtu għal ħaddieħor qed tħawwad l-iktar lilkom. Alla ma jiċċaqlaqx minn dak li hu hu; il-valuri, il-prinċipji u l-imħabba tiegħu imwaqqfa fis-sod u dak li jagħmel juri ta’ dak li hu.

Il-karba ta’ Ġesù hi tnehida għall-ordni u għall-istabilità li tiġi minn deċiżjoni għaqlija. It-taljani jkantaw ‘giro giro tondo casca il mondo, casca la terra, tutti giù per terra’. Meta l-bniedem idur u jdur u jdur, jistordi fit-tidwir tiegħu u jwaqqa’ d-dinja u kull ma fiha, l-istordiment bħal sakra b’inbid ħażin, iwaqqa lilek u jwasslek bie xtaħseb li għax waqajt int, waqa’ kollox miegħek.

It-tnehida mill-qalb ta’ Ġesù mhix għajta ta’ frustrazzjoni u diżappunt, iżda hija għajta ta’ kuraġġ u tama biex niddeċiedu bil-għaqal mhux bil-parir tal-għerf mistħajjel tal-bnedmin u l-burdati u l-opinjonijiet tagħhom, iżda mqanqla mill-manifestazzjoni tal-ħniena, l-mogħdrija u l-imħabba mnissla fl-għerf ta’ Alla.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.