“Augustine, the Son of her Tears” Premier


L-Erbgħa, 20 ta’ Settembru 2018: L-Aid to the Church in Need (Malta), b’kollaborazzjoni mal-Istitut Agostinjan, qed tippreżenta film straordinarju!

Augustine - FRONT

Film dwar wieħed mill-akbar Qaddisin tal-Knisja Kattolika. Dan qed jiġi interpretat minn atturi Musulmani mill-Alġerija u t-Tuneżija taħt it-tmexxija tal-President tal-SOHT Film Production & Global Distribution, Henri Aoun. Din hija tabilħaqq inizjattiva innovattiva xxerred aktar spirtu ta’ rispett fost il-popli ta’ kulturi u reliġjonijiet differenti.

Il-film intitolat, “Augustine, the Son of her Tears” tmmexxa minn Samir Seif, Xenografu Eġizzjan li kien appoġġjat mill-Ministeru għall-Kultura tal-Alġerija u t-Tuneżija. Dan rebaħ Best Artistic Achievement fit-33 Festival tal-Films ta’ Alessandrija għall-pajjiżi Mediterranji li sar f’Ottubru li għadda u l-Premju Audience Prize for Best Film fil-Wahran Film Festival fl-Alġerija.

Il-PREMIER ta’ dan il-film ser jintwera fit-Teatru tal-Embassy, il-Belt Valletta fit-3 t’Ottubru 2018 fis-6.30pm kif ukoll fit-Teatru tal-Oratorju Don Bosco, Il-Belt Victoria, Għawdex fl-4 t’Ottubru 2018 fis-7.00pm.

Donazzjoni ta’ €5 tkun apprezzata bħala appoġġ għat-tfal tat-triq f’Aleppo, is-Sirja.

Id-Direttur tal-film, is-Sur Samir Seif, il-President tal-SOHT Film Production & Global Distribution, is-Sur Henri Auon u s-Sur Jean Maher, President tal-Franco-Egyptian Organisation for Human Rights and Film Artists huma mistennija li jiġu Malta għal din l-okkażżjoni.

Kuntatt
Grace Attu – PR & Media Communications
E: communications@acnmalta.org
T: 21487818 M: 79066136
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Mdina Road. Attard ATD 9038,

NOTA GĦALL-EDITURI

L-ACN (Malta) hija l-uffiċċju lokali tal-Aid to the Church in Need (ACN), Fondazzjoni Pontifiċja ta’ karità Kattolika internazzjonali li primarjament tgħin biex tkattar il-fidi u l-għajxien ta’ Kristjani li qed jiġu ppersegwitati u li qed ibatu madwar id-dinja. Imwaqqfa fl-1947 minn Fr. Werenfried van Straaten, li San Ġwann Pawlu II sejjaħlu “l-Appostlu l-kbir tal-karità”, l-ACN tappoġġja proġetti importanti mwettqa mill-Knisja lokali (isqfijiet, saċerdoti, sorijiet u lajċi) f’aktar minn 140 pajjiż fosthom l-Iraq u s-Sirja. Permezz ta’ dawn il-proġetti jiġu mgħejjuna refuġjati, jinbnew knejjes, jingħataw mezzi ta’ trasport essenzjali għall-ħaddiema fuq il-post u jitqassmu kopji tal-Bibbja għat-Tfal.

L-ACN tgħin ukoll lil missjunarji, saċerdoti, reliġjużi u Lajċi Maltin / Għawdxin f’diversi proġetti li jkollhom bżonn.

Filwaqt li l-ACN tagħti permess sħiħ għall-midja biex tagħmel użu mill-istqarrijiet għall-istampa tal-Fondazzjoni, jekk jogħġbok semmi lill-ACN bħala s-sors tal-istejjer meta tuża l-materjal.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.