Stedina għal dawk li tilfu tarbija


Il-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018: Għal sena oħra, Dar Ġużeppa Debono flimkien mal-Komunità Anawim jixtiequ jistiednu lil dawk il-ġenituri li tilfu tarbija (minħabba abort, intervent tal-IVF, still birth, miscarriage, jew oħrajn)biex jattendu għal quddiesa li sa ssir apposta għalihom fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb, Għawdex, nhar it-Tlieta 2 ta’ Ottubru, Festa tal-Anġlu Kustodju, fis-6.30pm. Il-quddiesa sa tkun iċċelebrata minn Mons. Tarċisju Camilleri, Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Fiha nirringrazzjaw lil Alla għad-don ta’ ħajja li, għalkemm ma laħqitx rat id-dawl tax-xemx, quddiemu hi prezzjuża daqs kull ħajja oħra.

Dawk imħajra jattendu, għandhom iċemplu 99289740.