Lectio Divina b’siltiet dwar id-dixxipulat

Kull nhar ta’ Tnejn bejn 7.15 u 8.15 ta’ filgħaxija f’Nazaret, Tarxien, ser jibdew laqgħat ta’ Lectio Divina b’siltiet mill-Evanġelju dwar id-dixxipli u d-dixxipulat. Il-laqgħat ser jitmexxew minn Joe Farrugia.  L-ewwel laqgħa, dik tat-Tnejn 3 ta’ Ottubru tkun dwar l-ewwel żewġ dixxipli li mxew wara Ġesù. (Ġw. 1:35-42)

Kulħadd huwa mistieden, anke minn parroċċi oħra. Ma jsir ebda ħlas.

Adorazzjoni Ewkaristika matul Ottubru 2018

Ix-Xahar għażiż t’Ottubru – ix-xahar tar-Rużarju Mqaddes ta’ Marija.
Imma x’taralu Marija r-Rużarju biex jogħġobha daqstant? Għaliex din l-insistenza tagħha fid-dehriet kollha tagħha dwaru? Ħafna jarawh monotonu u kollu ripetizjoni. Safrattant, Hija tħobbu u jogħġobha. Bosta qaddisin kbar kienu jaraw fih arma mill-aktar qawwija kontra kull ħażen. Jekk inkunu kapaċi ninnamraw miegħu, ma nitilquhx; anzi fih insibu l-mistrieħ u għaxqa u komfort. Luċija ta’ Fatima tgħidilna li m’hemm l-ebda problema, kbira kemm hija kbira, li ma tissolviex permezz tiegħu. Ejjew insiru dejjem aktar devoti tal-Imqaddes Rużarju ta’ Marija.

Continue reading “Adorazzjoni Ewkaristika matul Ottubru 2018”