Żidiet Riċenti fil-Laikos …

a. Il-Fehma tal-Papa Franġisku għat-talb matul Ottubru 2018.

b. Vidjo clip oħra (is-sitt waħda) dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Gaudete et Exsultate. Tema: Il-Kuraġġ u l-Ħeġġa ta’ Knisja li tohroġ.

c. COR ORANS. Istruzzjoni mill-Kongregazzjoni għall_istituti ta’ Ħajja Kkonsagrata dwar il-Ħajja Kontemplattiva Femminili.

d. Ecclesiae Sponsae Imago. Istruzzjoni mill-Kongregazzjoni għall-Istituti ta’ Ħajja Kkonsagrata dwar l-Ordni tal-Verġni.

e. Stedina mill-Papa Franġisku biex matul Ottubru jintalab ir-Rużarju kuljum għall-Knisja.

f. Ħaġa waħda mar-Rieda ta’ Alla. Ktejjeb minn San Alfons M. de Liguori.

g. Kunu qaddisin. Patri Philip cutajar OFMcap jikteb dwar l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Gaudete et Exsultate.

h. Għajnuna biex titlob ir-Rużarju kuljum, flimkien ma’ ġabra estensiva ta’ talb ieħor.

i. Dawn u bosta aktar fil-Laikos – www.laikos.org

 

 

Il-Papa jħeġġeġ għal Rużarju kuljum

Is-Sibt 29 ta’ Settembru 2018: Komunikat li ħareġ mis-Santa Sede  proprju llum, festa tal-Arkanġli Mqaddsa. Fih, il-Papa qed jistieden lill-Knisja kollha biex tul ix-xahar t’Ottubru, nitolbu r-Rużarju kuljum. Barra minn hekk, ir-Rużarju għandu kuljum jintemm b’dawn iż-żewġ talbiet:  Continue reading “Il-Papa jħeġġeġ għal Rużarju kuljum”

Omelija tal-Isqof Mario Grech fis-Santwarju tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema

Il-Ħadd, 30 ta’ Settembru 2018: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fis-Santwarju tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema. Continue reading “Omelija tal-Isqof Mario Grech fis-Santwarju tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema”

L-Evanġelju tal-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 9, 38-43.45.47-48

Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018”