Ħarġa 126
It-tfassil ta’ policies u liġijiet iridu jilħqu l-għan tagħhom jiġifieri l-ġid komuni. Il-politiku llum, anki f’pajjiżna, għandu diversi sfidi li jridu jiġu indirizzati bil-għaqal, bil-ġustizzja u b’dixxerniment kontinwu. Il-politiċi jridu jkunu ffurmati u infurmati tajjeb qabel ma jiġu biex ifasslu liġijiet fejn tidħol id-dinjità u r-rispett tal-ħajja umana millbidu sat-tmiem tagħha, fejn tidħol l-immigrazzjoni li saret fenomenu ta’ kuljum, fit-tkabbir tal-ekonomija, fl-eliminazzjoni tal-faqar, fiddiversità tal-kulturi, fil-ħarsien tal-ambjent u l-ekoloġija, fl-aċċess tal-informazzjoni, fil-governanza tajba u fuq kollox fl-edukazzjoni li hi l-mutur tal-formazzjoni taċ-ċittadini tal-lum u ta’ għada.
AKTAR