Żewġ Isqfijiet Ċiniżi għall-ewwel darba fis-Sinodu. Il-Papa kien imqanqal ħafna.

Print Friendly, PDF & Email

L-Erbgħa 3 ta’ Ottubru 2018: Dalgħodu fetħet fil-Vatikan il-Ħmistax-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet. It-tema tal-laqgħat li ser jibgħu sejrin sat-28 ta’ Ottubru hija, “Iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali.”

Matul l-omelija tiegħu waqt il-Quddiesa il-Papa tkellem dwar il-ħila li noħolmu u nittamaw, b’tama li tisfidana u ċċaqlaqna u tfarrak il-konformiżmu ta’ “għax dejjem hekk sar”.  Hija tama li titlob minna li nħabirku biex indawru s-sitwazzjonijiet ta’ prekarjetà, ta’ esklużjoni u ta’ vjolenza, li għalihom huma esposti ż-żgħażagħ tagħna.

Ħin minnhom, waqt li ħabbar li b’riżultat tal-ftehim li ntlaħaq ftit jiem ilu mal-Gvern Komunista ta’ Beijing, kien hemm magħhom għall-ewwel darba żewġ Isqfijiet Ċiniżi, il-Papa Franġisku deher imqanqal ħafna.

Ara l-filmat …

https://www.youtube-nocookie.com/embed/qo3TMDoyXr0?rel=0

Ara wkoll l-Omelija tal-Papa …

http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Omelija_Ftuh-Sinodu_03102018.htm

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading