Il-kelma fil-widnejn


Fil-ħajja, hu x’inhu r-rwol tagħna, ilkoll għandna bżonn ta’ kelma tajba. Jiġifieri dik il-kelma li biha, jekk it-triq taħbat tiċċajprilna, biha nibdew naraw id-dawl. U, aktar ma naraw id-dawl aktar se nsibu mill-ġdid it-triq. Ħalli nibnew. U, bil-għajnuna tal-Mulej, nibdew u inkomplu insaħħu iva lil xulxin. Ħalli aktar nissuktaw nikbruw u nissudaw flimkien!

Metodu brillanti u li jibqa’ jgħodd għal kull żmien, biex dan l-idejal daqshekk sabiħ jista’ iseħħ fostna, jibqa’ żgur dak li żera’ il-qaddis kbir li tant ħa ħsieb lit-tfal u liż-żgħażagħ b’mod li jagħti l-frott u frott bil-bosta, San Ġwann Bosco. Il-fundattur tas-Sależjani u wieħed mill-pilastri kbar tal-Knisja, l-aktar fejn tidħol il-formazzjoni sħiħa umana-spiritwali tat-tfal u ż-żgħażagħ, tana l-metodu effikaċi li hu sejjħalu bħala la parolina all’orrechio. Jew aħjar il-kelma fil-widnejn. Don Bosco kien juża dan il-metodu bil-għan li jibqa’ viċin it-tfal u ż-żgħażagħ u hekk jinkoraġġiehom u jħeġġiġhom biex jibqgħu jagħżlu dak li hu sewwa mill-ħażin u jipperseveraw f’dak kollu li hu tajjeb u qaddis. Dan il-metodu ta’ formazzjoni fil-ħajja għalliema ta’ Don Bosco ħalla frott abbundanti. Tant hu hekk li s-Soċjetà li hu waqqaf u kif ukoll l-ispiritwalità li ħaddan illum tappella ferm għaż-żminijiet li fihom qiegħdin ngħixu. Dan l-għaliex tolqot wieħed mill-bżonnijiet kbar li, bħala bnedmin, ilkoll għandna: li nikbru u niżviluppaw.

Il-metodu tal-parolina all’orecchio m’huwiex xi wieħed li jappella biss għat-tfal, l-adoloxxenti u għaż-żgħażagħ. Lanqas m’għandu dan il-metodu jillimita ruħu għall-ambjent tal-iskola, l-oratorji jew il-parroċċi. U, wisq anqas, m’għandux għalfejn jibqa’ magħluq fl-erba’ kantunieri tal-Knisja. Għall-kuntrarju, il-metodu tal-parolina all’orecchio għandu jidħol aktar u aktar fis-soċjetà u l-familji tagħna. Dan l-għaliex meta jiġi ipprattikat b’ħafna għaqal, prudenza, konsistenza, ħlewwa u kuraġġ tassew li jħalli l-frott mixtieq.

Ejjew ngħiduha kif inhi: ħadd minna m’hu perfett! Ikun tabiħaqq gwaj għalina li ninqatgħu minn xulxin, inkella nitilgħu fuq xi pedistall, jew inkella ningħalqu ma’ xi klikka, għas-sempliċi raġuni li nwaħħluha f’rasna li l-perfetti. Il-maturi. L-integri. Għal min minna jemmen l-att penitenzjali fil-bidu tal-quddiesa biżżejjed jurina kemm dan mhux minnu. Allura nagħmlu sewwa ħafna jekk ilkoll ninvestu l-enerġija li npoġġu biex nidhru li aħna l-aħjar fl-umiltà li naraw fejn ikunu nqasna, nitolbu maħfra u nibdew ilkoll nirrifurmaw ruħna. Ejjew nieqfu nagħmlu qassata wara qassata b’ħajjitna sempliċiment l-għaliex naħsbu li aħna l-aħjar u ta’ l-oħrajn żibel u diżażtru. Ejjew ma ninsewx li illum anki tifel żgħir jgħallmek! Aħseb u ara! Mela ejja ilkoll nammettu li għandna bżonn kbir u daqs il-ħobż li nieklu u l-ilma li nixorbu, li dejjem ninbidlu f’dak li hu l-aħjar. U, dan il-bżonn, jibqa’ dejjem urġenti u attwali. Huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi li fihom ngħixu.

Barra minhekk irridu nżommu quddiem għajnejna wkoll li minħabba r-rata ta’ kif il-ħajja qiegħdha tinbidel ġieli issibna fuq suq waħda wkoll. Għaliex, u ħafna drabi, tajbin kemm ikunu tajbin l-intenzjonijiet tagħna l-ħajja malajr turina kif ċerti ħwejjeġ jinbidlu minn lejl għan-nar. Għalhekk ikun ferm għaqli u mportanti li, ilkoll kemm aħna, ikollna dik l-attitudni ta’ umiltà li nkunu lesti li ninbidlu mingħajr, u sintendi, ma narmu l-baħar il-prinċipji tagħna li jagħmluna dak li aħna.

Meta xi ħadd jiżbalja huwa mportanti li dak li jkun jiftaħlu għajnejh u għajnejha. Inkella, jekk l-għajnejn jibqgħu magħluqin allura se nidħlu ġo xi ħajt. U, bħad-dar tal-vanġelu li tkun inbniet fuq ir-ramel, jiġri li kbira kienet il-qerda tagħha (Mt 7:27). Kif jgħidilna l-istess vers tal-vanġelu, ix-xita tinżel għal kulħadd, il-widien jiġu, l-irwiefen iqumu u ilkoll jaħbtu għal dik id-dar (ara Mt 7:27).

E poi un consiglio liberante, una “parolina all’orecchio” che sapeva sciogliere ansie e paure.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.