Miljun tifel u tifla madwar id-dinja jitolbu għall-għaqda u l-paċi


Il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru 2018: L-Aid to the Church in Need (Malta) b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u Fr. Reuben Gauci,  Kordinatur għall-Iżvilupp Spiritwali fl-iskejjel tal-Knisja u l-Istat qed terġa’ tistieden lit-tfal Maltin u Għawdxin biex jingħaqdu f’din il-kawża nobbli.

acns
Klikkja …

Kull sena fit-18 t’Ottubru, l-ACN torganizza kampanja fejn miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja kollha jitolbu r-Rużarju għall-għaqda u l-paċi fid-dinja speċjalment għat-tfal sħabhom f’pajjiżi fejn hemm il-gwerra.

Illum aktar minn qatt qabel, id-dinja tinsab fil-bżonn urġenti tal-paċi u nittamaw li t-talb ta’ dawn il-qlub żgħar iġib il-paċi u l-għaqda li tant għandna bżonn.

Nistiednu lill-ġenituri kollha, lin-nanniet, lill-youth leaders u lil dawk kollha li jieħdu ħsieb lit-tfal biex iħeġġu lit-tfal jitolbu r-Rużarju flimkien fit-18 t’Ottubru 2018 fid-9.00am jew ħin aktar addattat.

Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’din il-kampanja jistgħu jikkuntattjaw lill-Aid to the Church in Need (Malta) fuq 21487818 jew b’email info@acnmalta.org

L-Em. Tiegħu l-Kardinal Mauro Piacenza, President u Fr. Martin M. Barta, Assistent Ekkleżjastiku tal-Aid to the Church in Need bgħatulna messaġġ dwar din l-attività.

Kemm-il darba l-esperjenza wrietna li t-talb tat-tfal għandu qawwa kbira ma’ Alla.

Ara wkoll il-video …

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.