Lectio Divina tat-28 Ħadd. Sena “B”

Vanġelu (Mk 10. 17-30): “Mar fuqu wieħed u niżel għarkobbtejh quddiemu.” Insibu żewġ każi oħra fejn ġara hekk: ir-raġel ta’ Ġeraża li kellu xitan fih li ħabbtu ħafna, u l-lebbruż, li kien iħossu mniġġes. Ir-raġel tas-silta tal-lum beda jħossu bħal dawn it-tnejn għax kellu fih l-agħar xitan – dak li jġiegħlek tiggranfa mal-ġiid ta’ did-dinja, titlef rasek, ma tibqax tirraġuna aktar ta’ bniedem uman għax tagħlaq qalbek u għajnejk għall-ħtiġijiet tal-oħrajn, u tingħalaq fik innifsek. “Il-kilba għall-flus hi l-għajn ta’ kull ħażen” (1 Tim). Continue reading “Lectio Divina tat-28 Ħadd. Sena “B””