Talb għall-qdusija tal-Kleru u għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi


Is-Sibt 13 t’Ottubru 2018 fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù se ssir laqgħa ta’ talb għall-qdusija tal-Kleru u għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

cjc.jpg

Il-laqgħa tibda fid-9.00 p.m. bil-quddiesa u tibqa’ sejra bl-adorazzjoni sal-11.00 pm.

Din il-laqgħa ssir kull xahar fi knejjes differenti. Is-saċerdoti jeħtieġu u japprezzaw it-talb li jsir għalihom.