Kunċert ta’ mużika sagra

Print Friendly, PDF & Email

Il-Fondazzjoni Ġwanni Pawlu II bil kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali L-Għarb u l-Parroċċa Bażilika tal-Għarb jippreżentaw kunċert ta’ mużika sagra mill-kor mir-Renju Unit, is-Sibt 13 t’Ottubru 2018 fil-Knisja Bażilika tal- Viżitazzjoni Għarb fis-7.45pm.

Il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II se jiċċelebra il-Festa Liturġika tal-Papa San Ġwann Pawlu II (22 ta’Ottubru) billi jospita minn Knightsbridge Londra il-.Kor “MORE HOUSE SCHOOL CHOIR”. Dan Il-kor żar Malta ftit tas-snin ilu, f’dik il-mawra il-kor kanta fil-Katidral tal-Imdina, il-Katidral Anglikan u fil-Kon Katidral fil-Belt Valletta. Il-kor reċentement għamel maura fil-Ġermanja, Franza, l-Italja il-Portugall u l-Amerika ta ‘Fuq, fejn kantaw fost l-oħrajn fil-Katidral ta’Notre Dame de Paris u f’San Mark f’ Venezja. U f’ dawn l-aħħar snin kantaw fil-Bażilika ta ‘San Pietru f’Ruma, il-Katidral ta’ San Pawl fi New York, il-Katidral ta ‘Salzburg u l-Katidral ta’ San Stiefnu fi Vjenna fl-Awstrija.

Nhar Is-Sibt, it-13 ta ‘Ottubru 2018, il-kor li jikkonsisti f’ 35 vuċi feminili ser janima il-quddiesa tas-6.30pm ċċelebrata mill-ET Mons. Mario Grech Isqof ta ‘Għawdex bil-parteċipazzjoni tal-membri kollha tal-Azzjoni Kattolika Għawdxija fil-Bazilika Santwarju tal-Madonna’ Ta ‘Pinu ‘Għarb, li ser tkun imxandra live fuq TVM2, filwaqt li fit-7.45pm il-Kunsill Lokali tal-Għarb flimkien mal-Kapitlu tal-Bażilika ta ‘Għarb ser jospita l-kor waqt kunċert fil-Bażilika Parrokjali tal- Viżitazzjoni fl-Għarb.

Il-Pubbliku Ġenerali huwa mistieden jattendi.

Leave a Reply

%d bloggers like this: