Il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru 2018: Nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku ser jiddikjara żewġ qaddisin ġodda tal-Knisja Kattolika. Wieħed minnhom huwa il-Papa Pawlu VIli bosta jafuh bħala l-Papa li kompla u ġab fi tmiemu il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II wara l-mewt tal-Papa Ġwanni XXIII. L-ieħor huwa l-Arċisqof Oscar Romero ta’ San Salvador fl-Amerika Ċentrali u li kien ġie assassinat fuq l-artal stess waqt li kien qed iqaddes. Continue reading “Kanonizzazzjoni tal-Papa Pawlu VI u l-Isqof Oscar Romero”