Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

Is-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex, li nżammet fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb, Għawdex. Bil-kortesija ta’ Radju Marija.

Qudd

Continue reading “Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex”

Il-karità tal-Papa Franġisku tiġri bħal-vleġġa qisha Vespa

Is-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018: Xahar wara li ingħatat lill-Papa Vespa 50R tas-sena 1971, b’number plate u liċenzja personali, dan il-mutur inbiegħ u d-dħul mill-bejgħ ingħata lill- Elemosineria Apostolica. Ngħixu flimkien il-waqt tad-donazzjoni. Continue reading “Il-karità tal-Papa Franġisku tiġri bħal-vleġġa qisha Vespa”

Patri Dionisju Mintoff dwar l-Arċisqof Oscar Romero

Is-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018; Lejliet il-kanonizzazzjoni ta’ Oscar Romero li kien Arċisqof ta’ San Salvador u li ġie assassinat fuq l-artal stess waqt li kien qed iqaddes nhar l-24 ta’ Marzu 1980, tlabna l-kummenti ta’  Patri Dionisju Mintoff ofm, fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal-Far. Continue reading “Patri Dionisju Mintoff dwar l-Arċisqof Oscar Romero”

Staġun ieħor…

Għeżież ħbieb,

Wasalna għal staġun ieħor li jġib miegħu diversi attivitajiet fil-Karmnu tal-Imdina. Kif tafu fis-6 ta’ Ottubru bdejna s-seminars tal-Carmelite Institute Malta. Min hu nteressat jieħu sehem għadu jista’ japplika. Il-programm jinsab on-line kemm fuq dan is-sit u wkoll fuq is-sit tal-Carmelite Institute Malta. Continue reading “Staġun ieħor…”

L-Evanġelju tas-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 11, 27-28

Mimlija entużjażmu, din il-mara waqqfitu minn dak li kien qed jgħid huwa u jitkellem fuq il-ħażen tax-xitan u l-bluha tad-dixxipli, ta’ dawk li jfitxxu t-tajjeb għax jixtiequh tassew. Ħasset li f’dak li kien qed kien hemm il-verità; indunat li kellu l-kuraġġ jgħid dak li ħadd ma jissogra jitkellem dwaru u jgħeleb bih lil dawk li kienu jonsbuh. Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 13 ta’ Ottubru 2018”