L-Evanġelju tat-Tnejn 15 ta’ Ottubru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 11, 29-32

Quddiem Ġesù inġemgħu il-folol. L-Evanġelji mhux l-ewwel darba li jsemmu ‘kotra kbira ta’ nies’. Iżda Ġesù jagħraf l-għan tal-waqfien tagħhom. Il-kurżità. Ix-xewqa għall-ispettakolari. Wisq probabli semgħu x’kien għamel iktar milli x’kien qal u riedu jaraw b’għajnejhom. Jidher ċar li iktar kienu nteressati dwar x’qed jagħmel hu milli x’jistgħu jagħmlu huma. Continue reading L-Evanġelju tat-Tnejn 15 ta’ Ottubru 2018