Il-Papa f’Santa Marta: Attenti mill-insara li juru ruħhom riġidi u perfetti.

Fl-omelija li għamel illum it-Tlieta 16 ta’ Otturbu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku kkummenta s-silta tal-Vanġelu li tirrakkuntalna li meta kien mistieden għall-ikel għand il-fariżew, Ġesù resaq fuq il-mejda bla ma nħasel kif titlob il-liġi. Il-Vanġelu, osserva l-Papa, jtina wkoll it-tweġiba iebsa ta’ Ġesù għal dak l-istgħaġib tal-fariżew.
Franġisku qal li l-poplu kien iħobb lil Ġesù, għax kien imissilhom qlubhom, u anki għax kellhom xi ftit tal-interess personali. Da kine kuntrast mal-mibgħeda tad-dutturi tal-Liġi, tal-kittieba, tas-saduċej. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Attenti mill-insara li juru ruħhom riġidi u perfetti.”

Fil-Knisja Ġwanni Pawlu II ħalla marka li ma titħassarx – il-Papa Franġisku

It-Tlieta 16 ta’ Ottubru 2018: Il-Qdusija Tiegħu Franġisku kiteb ittra lill-isqof ta’ Alba fl-okkażjoni tal-konvenju li sar fit-13 ta’ Ottubru li għadda biex jiċċelebra l-40 anniversarju tal-ħatra ta’ Karol Wojtyla fuq it-tron ta’ Pietru Continue reading “Fil-Knisja Ġwanni Pawlu II ħalla marka li ma titħassarx – il-Papa Franġisku”

Messaġġ mill-Arċisqof Scicluna fl-ewwel anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

It-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2018: Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Valletta. Continue reading “Messaġġ mill-Arċisqof Scicluna fl-ewwel anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia”

Messaġġ miż-żgħażagħ tal-Iraq lill-Papa, “Nittamaw li għad narawk fl-Iraq”.

‘L-Intervent li ġibed l-iktar applaws fis-Sinodu’ mill-Iraq

It-Tnejn 15 ta’ Ottubru 2018: ‘Għandi messaġġ miż-żgħażagħ għall-Q.T.: huma jittamaw li jum wieħed għad jarawk fl-Iraq!’

Dan hu l-intervent, kif mogħti mill-Vatikan, ta’ Mr Safa Al Abbia, Membru tal-Knisja tal-Kaldin fl-Iraq, li qed iservi bħala awditur fis-Sinodu tal-Isqfijiet, illi dawk preżenti kienu qablu li rċieva l-akbar applaws fis-Sinodu kollu. Hawnhekk ZENIT qed iġġibilkom l-intervent kollu, provdut mill-Vatikan. Continue reading “Messaġġ miż-żgħażagħ tal-Iraq lill-Papa, “Nittamaw li għad narawk fl-Iraq”.”