02 – Kif Nista’ Naħfer Lili Nnifsi?


Meta tħoss rabja lejk innifsek u sens ta’ ħtija, forsi qalbek tkun qed tagħmel qoxra madwarek sabiex ma terġax tweġġa’ lilek innifsek b’xi għemil bħal dak tal-imgħoddi. Drajna nikkundannaw wisq!

Iżda b’qoxra madwari ma nistax ngħix sew, u lanqas ma nista’ nirrelata sew ma’ ta’ madwari jew ma’ nies ġodda.

2

Darba kont naf persuna li dejjem iddur kontriha nnifisha għax għamlet xi ħaġa kerha fl-imgħoddi. Rajna li, kważi b’mod sigriet anke minnha nnifisha, kienet tħoss:

  • li Alla ma jħobbhiex, ma jistax jaħfrilha;
  • li hi persuna ħażina, ma jistħoqqilhiex tkun kuntenta, u għandha tikkastiga lilha nnifisha.

Alla lanqas jekk irid ma jista’ ma jħobbokx. L-imħabba hija n -natura t’Alla, u anki n-natura tiegħek fil-fond. Aħna tempji, bil-qdusija fit-tabernaklu ta’ ġewwa. Inti sejjer tkun li m’għandekx ħniena f’qalbek biżżejjed biex taħfer lilek innifsek?

Is-sentimenti qed jippruvaw jipproteġuk, imma, minflok, qed iġegħluk tbati – għax is-sentimenti ma tantx hemm intelliġenza fihom.

X’ser tagħmel? Li tipprova tinsa’, jew li tixgħel it-televixin – dawn il-metodi ma jfejjqukx.

Is-sentiment ta’ mistħija jew ta’ ħtija, per eżempju, jeħtieġ li tieħu pass lura minnu ħalli tħares lejh biċ-ċar bla ma’ tikkundanna lis-sentiment, lilek innifsek, jew lil xi ħaddiehor. Ħoss l-uġigħ tiegħu għal ftit mumenti, u mbagħad irringrazzjah (talli qed jipprova jipproteġik) u għidlu li sar il-ħin biex jitlaq. Wara ftit drabi li tagħmel dan kollu, x’aktarx li dan il-metodu jibda jkun aktar u aktar effettiv u li l-weġgħa tonqoslok sakemm tmur għal kollox. Sakemm jiġri hekk, il-leħen tal-kundanna tiegħek innifsek, meta jiġi, isimgħu, iżda ara li ma jkunx sidek. Dak mhux int! Dak huwa biss leħen li għandek.

Sabiex taħfer lilek innifsek, bosta drabi irid ikun hemm komunità – knisja, ħbieb, jew familja. F’dan kollu, it-talb jgħin ħafna. U jekk tkun għamilt ħsara lil xi ħadd ara kif tista’ ttaffihielu, forsi billi ssellimlu jew tiskuża ruħek, u jekk jista’ jkun isimgħu ħalli tifhem u tagħder it-tbatija ta’ dak li jkun. Iżda tagħmilx hekk jekk b’hekk tkun ser taqlagħlu aktar feriti ta’ nkwiet jew uġigħ. Itlob ħafna għalih!

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.