L-Evanġelju tal-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 12, 1-7

In-nies jinġabru bl-eluf u jgħaffġu fuq xulxin. Dan huwa poplu li, bħalna l-Maltin, ordni ma jafx x’inhi. L-importanti min se jkun quddiem u min se jinqeda l-ewwel. Ftit li xejn nindunaw li iktar kemm ngħaffġu iktar naqgħu lura u ninqdew tard. Kultant anke fit-triq, mimlija mhux b’eluf ta’ nies imma b’eluf ta’ karozzi, ħafna huma l-galantomi li jridu jkunu quddiem ħaddieħor anke jekk b’sogru ta’ xi taffiġa. Continue reading L-Evanġelju tal-Ġimgħa 19 ta’ Ottubru 2018