Lectio Divina tat-30 Ħadd. Sena “B”

Vanġelu (Mk 10, 46-52): Il-Ħadd li għadda rajna kemm id-dixxipli għadhom fl-għama ifittxu l-glorja tad-dinja. Ġesu darba qallhom: “Għandkom għajnejn u ma tarawx.” Biex jurihom kemm irid jiftħilhom għajnejhom, ifejjaq għama f’żewġ okkażżjonijiet. L-ewwel meta kien ħiereġ minn Jeriko biex ikompli s-seba’ u għoxrin kilometri li kien jonqsu għal Ġerusalem. Din kienet triq ta’ periklu, b’ħafna ħallelin jaqbżu fuq il-vjaġġaturi. Għalhekk dawn kienu jistennew karovana b’ħafna nies u għases għall-protezzjoni biex jieħdu dit-triq għat-telgħa, Kien żmien l-Għid, u l-Lhud kienu mħeġġin jagħtu karita’ lill-fqar. Għalhekk it-tallaba  kienu jistennew il-pellegrini ħerġin minn Ġeriko.
Continue reading “Lectio Divina tat-30 Ħadd. Sena “B””