FRATERNITÀ SEKULARI CHARLES DE FOUCAULD MALTA
IRTIR 2018
Għeżież membri u ħbieb tal-Fraternità
Dan l-aħħar diversi minnkom bdew jistaqsuna jekk u meta se jsir l-Irtir ta’ din is-sena.
Bi pjaċir qed nibagħtulkom id-dettalji biex flimkien inkunu nistgħu nieħdu seham f’dan il-weekend annwali f’intimità mal-Mulej
- biex nisimgħu x’jixtieq joffrielna
- u x’jixtieq minna f’dan il-mument ta’ ħajjitna.
Għal dan il-għan l-Irtir ser isir fis-skiet, biex il-Mulej ikun jista’ jsemma’ l-leħen tiegħu fil-ħemda ta’ dan iż-żmien ta’ deżert.
IMEXXI L-IRTIR: Fr Edgar Busuttil SJ
POST: Is-SEMINARJU tal-Virtù ir-Rabat
DATI: Mill-Ġimgħa 2 ta’ Novembru (naslu 6pm)
sal-Ħadd 8 ta’ Novembru (3.30pm)
PREZZ TAL-WEEKEND: €85
Jekk jogħġobkom, jekk għandkom ħtiġijiet ta’ dieta differenti (dietary requirements) avżaw meta tapplikaw. Lożor u xugamani: Min irid juża tas-Seminarju € 5 extra.
Inġibu magħna Bibbja, Notebook, affarijiet personali, ….
Jekk tixtieq taċċetta din l-istedina kkuntattja lil John u Margaret Borg fuq 21692291 jew 79014713, jew email margheritaborg@yahoo.com sal-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru.
Kif se twieġeb b’ġenerożità għal din l-istedina tal-Mulej?
Fraternament,
Il-Membri tal-Fraternità.
‘L-aħjar siegħa ta’ ħajjitna hi dik li fiha nħobbu l-aktar lil Ġesù’
Charles de Foucauld
Niżżel l-avviż bħala dokument minn hawn: Cirkolari Irtir 2018