F’Garissa ż-żerriegħa tal-paċi bejn l-Insara u l-Musulmani qed tibda tagħti l-frott

Is-Sibt 27 ta’ Ottubru 2018: Stejjer ta’ koeżistenza bejn il-fidili taż-żewġ reliġjonijiet. Il-memorja tal-attakki mill-milizzji al-Shabbab, ir-ritorn għall-kalma, id-djalogu interreliġjuż, ix-xogħlijiet tal-Knisja fl-intervista mal-Isqof Joseph Alessandro. Continue reading “F’Garissa ż-żerriegħa tal-paċi bejn l-Insara u l-Musulmani qed tibda tagħti l-frott”

L-Evanġelju tas-Sibt 27 ta’ Ottubru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 13, 1-9

Ma qrajthomx il-gazzetti? staqsewh. Ma smajtx li dak il-kiefer Pilatu qatel lil dawk lil-pellegrini? Xi ħtija kellhom biex sofrew dan kollu? Hawn min jinqeda bid-diżastri naturali jew b’diżgrazzji kkawżati mill-bnedmin stess biex iwewer lin-nies, għax wasal l-aħħar tad-dinja, għax il-bnedmin midinba jistħoqqilhom il-kastig. Mingħalihom dawn in-nies li qed jagħmlu pjaċir lil Alla għax in-nies imwerwra, mbagħad iduru lejh. Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 27 ta’ Ottubru 2018”