04 – Ir-Rabja u l-Belveder


Huwa forsi normali li wieħed jirrabja kultant, u ma jdumx ma jerġa’ jikkalma. Iżda meta jkollok rabja li iżżommha fik fit-tul, dan huwa ħażin għal saħħtek. Hija valenu qawwi, li jħassarlek is-saħħa ta’ ġismek, is-saħħa mentali, is-sbuħija tal-ħajja, ir-relazzjonijiet tiegħek. U jekk ma teħlisx minnha, iħassarlek ukoll il-ħajja spiritwali.

4

Biex teħles mir-rabja, l-ewwel trid tinduna biha b’mod ċar, billi f’moħħok, tieħu pass lura mir-rabja, u tikkundanna xejn, tikkritika xejn. Dal-post f’moħħi jien ngħidlu il-belveder. Mur fil-belveder tiegħek u ara x’qed jiġri fik, x’qed jiġbdek ’l hawn u ’l hinn, u x’qed tħoss.

Minħabba l-pass lura li tieħu, mill-belveder, tkun tista’ tara li dik ir-rabja mhijiex int, iżda hi xi ħaġa li għandek. Tajjeb li tidra tmur hemm regolarment, biex tara x’ikun qed ikaxxkrek. Minħabba dak il-pass lura, ir-rabja jew xi sentiment ikrah ieħor ma jkunx jista’ jkaxxkrek. Jien naħseb li Ġesù dan ried jgħid meta qal, “Isgħar”, jiġifieri tkomplix tgħix rieqed bla ma taf x’ikun qed ikaxxkrek. Li tmur fil-belveder huwa l-ewwel pass għal ħafna metodi li tista’ tuża għall-ħelsien emozzjonali.

Fil-każ tar-rabja, biża’ u sentimenti oħra, tajjeb li tara x’qed jiġrilek b’mod ċar. Waħda mara indunat li r-rabja tagħha, li kienet qed tikber bla ma taf għaliex, kienet qed tipprova tipproteġiha min-niket ta’ meta tilfet lil xi ħadd, niket li qatt ma ħassitu direttament. Persuna oħra indunat li ħasset rabja, iżda li taħt ir-rabja kien hemm l-għira li qed tistaħba wara r-rabja. Persuna oħra indunat li taħt ir-rabja tagħha kien hemm weġgħa li qed toħloq ir-rabja, u għalhekk bdiet taħdem l-ewwel fuq il-weġgħa.

Meta tidra tmur sikwit fil-belveder, il-post kalm f’moħħok ta’ pass lura mit- taqlib, post ta’ bla ġudizzji, bla kritika, bla kundanni, tibda tinduna b’dak li veru jkun qed ikaxxkrek, u forsi ’l għaliex. B’dak il-pass t-tkaxkir ikun diġà beda jonqos. Għalhekk, li tisgħar (bl-Ingliż to be watchful) fil-belveder huwa l-bieb li jwasslek għall-ħelsien emozzjonali.

Jinzerta wkoll li l-istess belveder huwa wkoll bieb li jwassal għal vjaġġ spiritwali lejn il-qdusija ta’ ġewwa t-tempju – imma dik storja oħra!

 

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.