Fuq l-għatba tal-eternità

Minn Angelo Xuereb

Qegħdin fix-xahar ta’ Novembru. Fih niftakru fil-mejtin tagħna u fil-ħajja eterna.

Ma nkunux nesaġeraw li ma’ kull tokk tal-arloġġ inkunu qegħdin noqorbu lejn l-eternità. Iżda ma nkunux nagħmlu sewwa jekk il-ħsieb ta’ eternità jnissel fina l-melankonija u n-nuqqas ta’ paċi. Għalhekk il-ħsieb tal-eternità qatt ma għandu jwassal lin-nisrani biex ma jagħtix kas ta’ din id-dinja. Wieħed irid jaħdem qisu ser imut qatt. Infatti San Pawl iwissi lit-Tessalonkin li waqgħu fil-għażż billi ħasbu li t-tieni miġja ta’ Kristu hija fil-qrib. Continue reading “Fuq l-għatba tal-eternità”

Laqgħa: Uliedna f’hiex jinbidlu u f’hiex jibqgħu l-istess?

Il-laqgħa li jmiss fis-serje ta’ laqgħat ta’ Parenting Skills, organizzati mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, ser tinżamm nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru fis-7.30pm, fl-Istitut tal-Familja. Continue reading “Laqgħa: Uliedna f’hiex jinbidlu u f’hiex jibqgħu l-istess?”

L-Evanġelju tas-Sibt 3 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 14, 1.7-11

Donnu kien għadu mhux kulħadd wasal. U donnu ma kienx hemm postijiet riservati. Wara li ħadd ma kellu l-ħila jwieġeb lil Ġesù għall-mistoqsija tiegħu dwar jekk jaqalekx ibnek jew il-barri fil-ġiebja tħallihx hemm għax ikun is-Sibt, il-mistednin kienu għadhom jaslu. U mid-dehra kulħadd beda jfittex post tajjeb, fuq quddiem, probabli mhux biss biex jieklu l-aħjar iżda biex jidhru l-aħjar. Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt 3 ta’ Novembru 2018”