Il-Papa f’Santa Marta: Ngħidu le għall-egoiżmu interessat

It-Tnejn, 5 ta’ Novembru 2018: Il-piki u l-ftaħir jeqirdu l-pedamenti tal-komunitajiet, jiżirgħu il-firda u jġibu biss ġlied. Hekk stqarr il-Papa Franġisku fl-omeija li għamel fil-kappella tad-Dar Santa Marta, illum it-Tnejn, 5 ta’ Novembru. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Ngħidu le għall-egoiżmu interessat”

Quddiesa b’suffraġju għall-Benefatturi Mejtin tal-ACN

Nhar il-Ħadd, 18 ta’ Novembru 2018  fid-9.00am, fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, l-Aid to the Church in Need (Malta) qed torganizza Quddiesa li ser tkun iċċelebrata mill-mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu. Din il-Quddiesa ser tkun b’suffraġju għall-Benefatturi Mejtin tal-Aid to the Church in Need. Il-qraba u l-ħbieb huma mistiedna li jattendu.

unnamed

Treasure Hunt għat-Tfal

Nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal ser torganizza Treasure Hunt madwar it-tliet ibliet tal-Kottonera. Tibda’ fil-bażilika ta’ l-Isla fid-9am b’quddiesa mal-Arċisqof Charles J. Scicluna u tispiċċa fil-knisja tal-Kalkara fis-2.00pm b’ċelebrazzjoni ferriħija għat-tfal. Kollox jintemm fit-3.00pm.  Ara l-poster …  Continue reading “Treasure Hunt għat-Tfal”

L-Evanġelju tat-Tnejn 5 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 14, 12-14

U l-ikla tkompli. Ġesù li jiekol ma’ kulħadd, għalkemm mhux kulħadd jista’ jkun miegħu, anke dawk li stednuh, jiekol magħhom. U Ġesù jkompli jiftaħ l-għajnejn ta’ min qed jisimgħu. X’inhi tassew l-intenzjoni tal-istedina tiegħu? Għalfejn ridtu hemm? Ridt’x’ridt, kienet x’kienet l-intenzjoni tiegħu, l-intenzjoni ta’ Ġesù ma tinbidilx, is-sejħa tiegħu ma tiskotx, anke quddiem min isodd widnejh u jagħlaq għajnejh, anke quddiem min iwebbes rasu. Ġesù ma jaqta’ qalbu qatt. Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn 5 ta’ Novembru 2018”