05 – Biex ma Nitkaxkarx – Il-Metodu tal-Merħba


Titkaxkar xejn minn sentimenti diffiċli bħal biża’, rabja, dwejjaq, weġgħa f ’qalbek, jew oħrajn? Hux ikaxxkruk bħallikieku kont f’żurżieqa tiżloq tas-sentimenti? Bil-Metodu tal-Merħba, faċli tidra ma tħallix is-sentimenti jkaxxkruk.

5.jpg

Il-qofol tal-metodu huwa li lil dan it-taqlib tas-sentimenti tqisu bħala ħabib li qed jipprova jgħinek, u mhux bħala għadu li tiġġilidlu.

Dan it-taqlib (rabja, biża’, riżentimenti u oħrajn) ikun ġej minn istint li qiegħed fik biex jipproteġik. Jiġifieri huwa ħabib, mhux għadu. Iġiegħlek tbati, għax fl-istinti mhemmx wisq intelligenza. La mhux għadu, tidħolx fit-tensjoni ta’ xi ġlieda kontrih. Minflok, agħtih il-merħba, ħaġa li s-soltu ma tiġiniex f’rasna li nagħmlu. F’dal-Metodu tal-Merħba, x’tagħmel?

L-ewwel pass. Meta tħoss li ġejja r-rabja jew sentiment diffiċli ieħor, mur mal-ewwel fil-Belveder, jiġifieri fil-post kwiet f’moħħok fejn mhemm ebda kundanni – post pass lura mit-taqlib li jkollok – ħalli minn hemm tkun tista’ tara sewwa x’ikun qed jiġri u jinħass fik.

It-tieni pass. Ftakar li dan l-istint m’għandux malizzja u qed jipprova jgħinek kif jaf.

Stiednu! Għidlu, “Bonġu, rabja. Grazzi li qed tipprova tgħinni. Ejja d -dar tiegħi ħalli nħoss l-uġigħ tiegħek. Għal żmien qasir, ftit mumenti, ħoss it-tbatija ta’ dak is-sentiment diffiċli. Għal ftit mumenti, tagħmel xejn aktar.

Wara dawk il-ftit mumenti, meta tkun ħassejt it-tbatija ta’ dak  is-sentiment, imqalleb, għidlu hekk,  “Grazzi talli ġejt għandi biex inħoss it-tbatija tiegħek, u talli qed tipprova tgħinni. Issa sarlek il-ħin biex tmur.  Grazzi, u ċaw.”

Dak il-metodu kollu! Bih m’għandekx għalfejn tiġġieled miegħek innifsek, jew li tuża volontà qawwija. U aktar ma tidra tużah, aktar isir effettiv. Għaliex? Għax bih tidra tinduna malajr x’qed jiġri f’qalbek, mingħajr ma tikkundanna lil xejn u lil ħadd. B’hekk tibda’ taqbad is-sentiment diffiċli meta’ jkun għadu jitwieled, qabel ma jkun kiber u sar feroċi. Hekk faċli li jisparixxi malajr malli tkun ħassejt ftit it-tbatija tiegħu.

Meta tidra tuża l-Metodu tal-Merħba, ma’ dik iż-żurżieqa ta’ sentimenti issa għandek proċess ieħor, li jixrob l-enerġija taż-żurżieqa tas-sentimenti imma bla ġlied u bla tensjoni. Issir bniedem kalm, mingħajr iż-żurżieqa li qabel kienet tkaxxkrek.

 

Dan l-artiklu huwa wieħed minn sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali Fondazzjoni St Jeanne Antide.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.