Lectio Divina għat-33 Ħadd. Sena “B”

33 Ħadd Matul Sena B

Vanġelu (Mk 13, 24-32): Is-silta tal-lum hi miktuba fuq stil apokalittiku. Mark kitibha wara li spiċċat il-persekuzzjoni ta’ Neruni fis-sena 70 AD li matulha inqatlu Pietru u Pawlu. Wara li miet Neruni, kien hemm gwerer qliel ċivili, vjolenzi, pestilenza u t-tiġrif tat-Tempju. L-Insara ta’ Ruma bdew isaqsu: “X’qed jiġri? Fejn hi d-dinja ġdida li ħabbar Kristu 40 sena ilu?”  Dawn id-diżastri qishom misteru moħbi wara velu. Il-kelma “apokalittiku” ma tfissirx “diżastri” imma “’il bogħod mill-ħabi” i.e. il-kxif tal-velu biex wieħed jara dawn il-ġrajjiet x’inhuma verament.  Peress li l-Insara ta’ dak iż-żmien ma setgħux jagħtu sens għal dawn id-diżastri, Mark kiteb is-silta tal-lum biex jikxef il-velu ta’ dawn il-misteri. Jibda bi twissija, u din tgħodd għalina wkoll. Continue reading “Lectio Divina għat-33 Ħadd. Sena “B””