Katekeżi għal ħutna t-Taljani f’Għawdex

Kull nhar ta’ Tnejn għall-Yrs 2 sa 4 (tħejjija għall-Preċett), fl-4.30pm, fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb (Taċ-Ċawla). Nibdew fid-19 ta’ Novembru.

Kull nhar ta’ Tlieta, minn Yr 5 sa Form 1 (tħejjija għall-Griżma), fil-5.30pm, fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb (Taċ-Ċawla). Nibdew fl-20 tax-xahar. Continue reading “Katekeżi għal ħutna t-Taljani f’Għawdex”

Ħatra ġdida għall-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku

It-Tlieta, 13 ta’ Novembru 2018: Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Arċisqof Charles J. Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede. Filwaqt li jibqa’ l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Scicluna ser jagħti sehem ikbar f’din il-Kongregazzjoni li hija responsabbli mill-promozzjoni u l-ħarsien tad-duttrina tal-fidi u l-morali fil-Knisja. Continue reading “Ħatra ġdida għall-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku”

L-Evanġelju tal-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 17, 11-19

Iċ-ċavetta hija s-Samarija. Is-Samaritani huma dawk li jgħidu li f’idejhom għandhom il-Ġuadiżmu ta’ qabel l-eżilju. Huma l-oriġinali. Il-Lhud, jgħidu s-Samaritani, huma dawk li ġew lura mill-eżilju ta’ Banilonja b’forma ta’ Ġuadiżmu, mbabas. Għas-Samaritani l-għolja l-qaddisa mhix Sijon tal-Lhud, iżda l-muntanja Gereżim. Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018”